3M DBI-SALA EZ-Stop AJ512Y/0 User Instructions page 177

En 355:2002 energy absorbing lanyard
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
1.0
APPLIKAZZJONIJIET
1.1
SKOP: Il-lanyards huma ddisinjati biex iservu bħala komponent ġo sistema li twaqqaf waqgħa ta' persuna mill-għoli
(Personal Fall Arrest System - PFAS). Skont it-tip tagħhom, jistgħu jxejnu l-enerġija ta' waqgħa, jillimitaw il-forzi
ta' waqgħa li jiġu trasferuti fuq il-ġisem, jew jiġu wżati waqt l-ippożizzjonar u t-trażżin fuq il-post tax-xogħol. Figura
1 tidentifika l-mudelli ta' Lanyards koperti minn dan il-manwal ta' struzzjoni. Jistgħu jiġu wżati fil-biċċa l-kbira tas-
sitwazzjonijiet fejn il-kombinazzjoni tal-mobilità tal-ħaddiem u l-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli tkun meħtieġa
(jiġifieri xogħol ta' spezzjoni, kostruzzjoni ġenerali, xogħol ta' manutenzjoni, produzzjoni taż-żejt, xogħol fi spazju
żgħir, eċċ).
1.2
STANDARDS: Il-Lanyard tiegħek huwa konformi mal-istandard(s) nazzjonali jew reġjonali identifikati fuq il-paġna
ta' quddiem ta' dawn l-istruzzjonijiet. Irreferi għar-rekwiżiti lokali li jirregolaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal
aktar informazzjoni dwar Protezzjoni Personali Kontra Waqgħat mill-Għoli. Jekk dan il-prodott jerġa' jinbiegħ barra
mill-pajjiż ta' destinazzjoni oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa' jbiegħu għandu jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet fil-lingwa
tal-pajjiż fejn se jintuża l-prodott.
1.3
TAĦRIĠ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jintuża minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta u l-użu tiegħu.
Hija responsabbiltà tal-utenti li jassiguraw li huma familjari ma' dawn l-istruzzjonijiet u li huma mħarrġa fil-ħarsien u
l-użu korretti kif suppost ta' dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ukoll ikunu konxji mill-karatteristiċi operazzjonali, il-
limiti tal-applikazzjoni, u l-konsegwenzi ta' użu mhux xieraq.
1.4
REKWIŻITI: Dejjem ikkonsidra l-limitazzjonijiet li ġejjin meta tkun qed tinstalla jew tuża dan it-tagħmir:
Kapaċità: Il-lanyards huma għall-użu ta' persuna waħda b'piż totali (ħwejjeġ, għodda eċċ) li jkun konformi
mal-Weight Range (Medda tal-Piż) speċifikata f'Figura 1 għall-mudell tal-Lanyard. Kun żgur li l-komponenti kollha
fis-sistema huma kklassifikati għal kapaċità xierqa għall-applikazzjoni meħtieġa.
Ankraġġ: Ankraġġi magħżula għal sistemi li jwaqqfu waqgħa mill-għoli għandhom ikunu kapaċi jifilħu tagħbijiet
statiċi applikati fid-direzzjonijiet permessi mis-sistema sħiħa għal mill-inqas:
1.
12 kN għal ankri tal-metall jew 18kN għal ankri tat-tessuti għal ankraġġi mhux ċertifikati, jew
2.
Darbtejn daqs il-forza massima tat-twaqqif għal ankraġġi ċertifikati.
Jekk permess fuq il-bażi tat-tip tal-ankra, meta aktar minn sistema waħda ta' waqfien ta' waqgħa mill-għoli tkun
marbuta ma' ankraġġ, il-valuri tal-qawwiet kif jidhru f'(1) u (2) hawn fuq għandhom jiġu multiplikati bin-numru
ta' sistemi marbuta mal-ankraġġ.
Waqgħa mill-għoli Mingħajr Kontroll (Free Fall): Meta ma jkunx hemm laxkezza, il-Lanyard jillimita
d-Distanza ta' Waqgħa mill-Għoli Mingħajr Kontroll għal 0 cm (0 ft.). Id-Distanza ta' Waqgħa mill-Għoli Mingħajr
Kontroll tinbidel bil-laxkezza tal-lanyard u l-orjentazzjoni tal-Punt tal-Konnessjoni tal-Irbit tas-Sikurezza mal-Punt
tal-Konnessjoni tal-Ankraġġ (ara Figura 2):
Jekk il-Punt tal-Konnessjoni tal-Irbit tas-Sikurezzajkun taħt il-Punt tal-Konnessjoni tal-Ankraġġ (Figura 2A):
FF = L
- HD
y
A
Jekk il-Punt tal-Konnessjoni tal-Irbit tas-Sikurezza jkun fuq il-Punt tal-Konnessjoni tal-Ankraġġ (Figura 2B):
FF = L
+ HD
y
FF
Distanza tal-Waqgħa mill-Għoli Mingħajr Kontroll
HD
Distanza Vertikali mill-Punt tal-Konnessjoni tal-Irbit tas-Sikurezza għall-Punt tal-Konnessjoni tal-
A
Ankraġġ.
L
Tul tal-Lanyard
y
;
Ittawalx il-lanyards: Ittawalx il-lanyards billi tikkonnettja lanyard, assorbitur tal-enerġija, jew komponent
simili mingħajr ma tikkonsulta lil 3M.
Waqgħat bi Tbandil: Waqgħat bi tbandil iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma jkunx direttament fuq il-punt fejn
isseħħ il-waqgħa. Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża korriment serju (ara
Figura 3). Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
Fall clearance (Spazju għall-waqgħa): Figura 4 turi l-kalkolazzjoni tal-clearance (spazju) meħtieġ taħt
l-Ankraġġ tas-Sistema tal-Lanyard. L-ispazju meħtieġ ivarja mal-ammont tal-użu tal-Assorbitur tal-Enerġija.
Biex tikkalkola Fall Clearance (C
C
a
MASD (Maximum Anchorage
System Deflection)
L
y
1,75 m (5,74 ft)
X
H
1.5 m (5 ft)
1 m (3,28 ft)
Perikli: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni fejn jeżistu perikli ambjentali jista' jkun li jkun jeżiġi prekawzjonijiet
addizzjonali biex tiġi mnaqqsa l-possibbiltà ta' korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. Perikli jistgħu jinkludu,
iżda mhumiex limitati għal: sħana qawwija, kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli,
splussivi jew gassijiet tossiċi, makkinarju li jiċċaqlaq, jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u
jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-Sistema tal-Protezzjoni Personali għat-Twaqqif tal-Waqgħat mill-Għoli. Evita li
taħdem f'postijiet fejn il-Lanyard tiegħek jista' jkun li jiġi f'kuntatt jew jitħabbel ma' dak ta' ħaddiem ieħor. Evita
li taħdem fejn jista' jaqa' xi oġġett li jolqot il-Lanyard, b'riskju li l-lanyard jitlef il-bilanċ jew issirlu ħsara. Tħallix
il-Lanyard jgħaddi minn taħt l-idejn jew bejn is-saqajn.
A
): Ca = MASD + Ly + 1,75 m (5,74 ft) + XH + 1,5 m (5 ft) + 1 m (3,28 ft)
a
Clearance Taħt l-Ankraġġ
Diflessjoni Massima tas-Sistema tal-Ankraġġ
Tul tal-Lanyard
Ammont tal-Użu tal-Assorbitur tal-Enerġija - Massima
Stima ta' Kemm Jinġibed l-Irbit tas-Sikurezza
Distanza mid-Dorsal D-Ring sas-saqajn
Marġini mingħajr xkiel
177

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents