Siemens SIMATIC ET 200S Manual page 634

Distributed i/o system
Hide thumbs Also See for SIMATIC ET 200S:
Table of Contents

Advertisement

Manutenzjoni
Fil-każ li jkun hemm bżonn ta' tiswija, il-komponenti / modules ikkonċernati
għandhom jintbagħtu fil-post ta' manifattura. It-tiswijiet jistgħu jsiru biss f'dan il-post.
Kundizzjonijiet Speċjali
1. Komponenti / modules għandhom jiġu mmontati ġewwa swiċċ kabinett jew
kaxxa tal-metall. Dawn iridu jiggarantixxu protezzjoni mill-inqas tat-tip IP 54
(skond EN 60529). Inti u tagħmel hekk, trid taħseb għall-kundizzjonijiet
ambjentali ta' waqt l-installazzjoni tad-device. Irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-
manifatturier għall-kaxxa għaż-żona 2 (skond EN 50021).
2. Jekk fil-kejbil, jew fil-kaxxa mad-daħla għall-kejbil, tintlaħaq temperatura ta'
aktar minn 70 °C taħt kundizzjonijiet ta' ħidma, jew jekk fil-post fejn jinfirdu l-
wajers jista' jkun li hemm temperatura ta' aktar minn 80 °C, il-kejbil irid ikollu
proprjetajiet ta' temperatura xierqa għat-temperaturi tabilħaqq imkejlin.
3. Id-daħliet għall-kejbil li jintużaw iridu jikkonformaw mat-tip ta' protezzjoni IP
mitlub u t-taqsima 7.2 (skond EN 50021).
4. Id-devices kollha, swiċċijiet etc. inklużi, li jitqabbdu ma' l-inputs u l-outputs ta'
sistemi SIMATIC, iridu jkunu approvati għal protezzjoni kontra splużjoni tat-tip
EEx nA jew EEx nC.
5. Iridu jittieħdu miżuri biex il-vultaġġ nominali ma jitqabbiżx b'aktar minn 40%
minħabba transitorji.
6. Varjazzjoni tat-temperatura ambjentali: 0° C sa 60° C
7. Għandha titqiegħed tabella bit-twissija li ġejja ġewwa l-kaxxa, f'post li jidher sew
wara li tinfetaħ il-kaxxa:
Twissija
!
Il-kaxxa tista' tinfetaħ biss għal żmien qasir, per eżempju għal dijanjosi viżwali. Inti
u tagħmel hekk, ma tista' tmiss l-ebda swiċċ, ddaħħal jew tneħħi l-ebda module u
tneħħi l-ebda kejbil elettriku (konnessjonijiet li tipplaggjahom).
Tista' ma tagħtix każ ta' din it-twissija meta taf li m'hemmx riskju ta' splużjoni fl-
ambjent.
Lista ta' Komponenti / Modules Approvati
Issib il-lista ta' komponenti / modules approvati fl-internet:
http://www4.ad.siemens.de/view/cs/
bin-numru ta' identifikazzjoni 13702947.
36
Malti
Product Information on the Use of subassemblies/modules in a Zone 2 Hazardous Area
A5E00352937-02

Hide quick links:

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents