3M AC40 Series User Instruction Manual page 155

Rope grab and rope lifeline
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
3.0
INSTALLAZZJONI
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-Sistema ta' Protezzjoni Kontra Waqgħat mill-Għoli tiegħek qabel ma ssir l-installazzjoni tat-
Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel. Agħmel rendikont tal-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u
wara waqgħa mill-għoli. Ikkunsidra dak kollu li huwa meħtieġ, il-limitazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif definiti
f'Sezzjoni 2 u Tabella 1.
3.2
BIEX TINSTALLA T-TAGĦMIR TA' QBID B'ĦABEL: It-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel jista' jiġi installat fuq linji tas-
salvataġġ vertikali approvati li jilħqu r-rekwiżiti speċifikati f'Tabella 1. Il-linja tas-salvataġġ vertikali trid tkun mqabbda
ma' punt tal-ankraġġ u tkun tilħaq r-rekwiżiti speċifikati f'Sezzjoni 2. Biex tinstalla t-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel:
Pass 1.
(Ara Figura 10:) Aqla' l-pin tal-pern (pivot) (C) billi tagħfas 'l isfel fuq għonqu. Iġbed il-pin tal-pern mill-
cam/clamp. Ressaq il-cam/clamp (B) għal fuq ġenb u daħħal il-Ħabel (E) fil-korp tat-Tagħmir ta' Qbid
b'Ħabel.
Pass 2.
Il-vleġġa fuq il-korp (D) trid tkun tħares 'il fuq u fl-istess direzzjoni tal-konnessjoni tal-ankraġġ tan-naħa
ta' fuq tal-ħabel (E). Erġa poġġi l-cam/clamp fil-post u daħħal l-pin tal-pern (C) kollu kemm hu minn ġol-
body u l-cam/clamp. Iċċekkja li l-pin tal-pern huwa llokkjat. Il-Buttuna (F) trid tkun mikxufa kompletament
u miġbuda 'l barra mix-shaft tal-pin tal-pern (C).
Pass 3.
Ikkonferma li l-cam/clamp reġa' ġie mpoġġi f'postu kif suppost. Ivverifika li l-vleġġa li tħares 'il fuq hija
orjentata fl-istess direzzjoni tal-vleġġa li tħares 'il fuq, fuq il-korp tat-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel.
3.3
BIEX TIPPOŻIZZJONA T-TAGĦMIR TA' QBID B'ĦABEL FUQ IL-LINJA TAS-SALVATAĠĠ TAL-ĦABEL: Biex
tippożizzjona t-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel:
Pass 1.
Biex tmexxi l-cam/clamp fuq il-Ħabel, għolli jew niżżel it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel għall-pożizzjona l-ġdida
waqt li tassigura li l-cam/clamp għandu kuntatt mal-Ħabel.
Pass 2.
Iċċekkja li l-cam/clamp jista' jillokkja fuq il-Ħabel billi tiġbidha 'l isfel. Ippożizzjona t-Tagħmir ta' Qbid
b'Ħabel fuq jew ftit aktar 'il fuq mid-D-ring ta' fuq dahrek biex timminimizza d-distanza tal-waqgħa
mingħajr kontroll.
Pass 3.
Biex tiċċekkja l-azzjoni tal-illokkjar tat-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel, għolli l-cam/clamp 'il fuq u erħi. It-Tagħmir
ta' Qbid b'Ħabel għandu jillokkja fuq il-Ħabel. Jekk it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel ma joperax kif suppost,
irrepeti l-passi ta' kif jitwaħħal elenkati f'sezzjoni 3.2.
3.4
NEĦĦI L-ĦABEL MILT-TAGĦMIR TA' QBID B'ĦABEL.
(Ara Figura 2) Aqla l-pin tal-pern (pivot) (C) billi tagħfas 'l isfel fuq għonqu. Iġbed il-pin tal-pern mill-cam/clamp.
Ressaq il-cam/clamp (B) għal fuq ġenb u neħħi l-Ħabel (E) mill-korp tat-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel.
4.0 OPERAT U UŻU
4.1
KULL DARBA QABEL L-UŻU: Kun żgur li s-sit tax-xogħol tiegħek u s-Sistema ta' Tagħmir Protettiv Personali Kontra
Waqgħat mill-Għoli (PFAS) jissodisfaw il-kriterji kollha kif definiti f'Sezzjoni 2 u li għandek Pjan ta' Salvataġġ formali
fil-post. Spezzjona t-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel skont il-punti ta' spezzjoni tal-'Utent' kif definiti fuq ir-"Reġistru tal-
Ispezzjoni u Manutenzjoni" (Tabella 2). Jekk fl-ispezzjoni tinkixef xi kundizzjoni li hi perikoluża jew difettuża, tużax
is-sistema. Neħħi s-sistema mis-servizz u eqridha, jew ikkuntattja lil 3M biex tibdilha jew issewwiha.
4.2
BIEX TIKKONNETTJA MAL-ANKRAĠĠ JEW KONNETTUR TAL-ANKRAĠĠ: Ara Figura 11. Meta tkun qed tqabbad
il-linja tas-salvataġġ jew is-subsistema tal-linja tas-salvataġġ mal-ankraġġ jew mal-konnettur tal-ankraġġ, assigura
li l-konnettur li jingħalaq waħdu (self-locking snap hook) ikun kompletament imdaħħal fil-post u jkun illokkjat
fuq il-punt ta' konnessjoni. Assigura li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Irreferi għall-
istruzzjonijiet tal-manifattur tal-konnettur tal-ankraġġ u tal-linja tas-salvataġġ għal aktar informazzjoni.
4.3
BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TAL-APPOĠĠ TAL-ĠISEM: Il-punti tal-ankra għall-arrest ta 'waqgħa huma
mmarkati bl-ittra kapitali" A ". Għal applikazzjonijiet ta 'arrest ta' waqgħa waħħal ma 'element ta' twaħħil dorsali
jew sternali xieraq tal-arneż tal-ġisem sħiħ. Għal applikazzjonijiet ta' trażżin, jista' jintuża l-element tal-irbit li jeħel
man-naħa tad-dahar jew dak tan-naħa ta' quddiem tal-irbit tas-sikurezza. Jekk qed tuża cinturin tal-ġisem għal
applikazzjonijiet ta' trażżin ikkonnettja mad-D-ring li hemm faċċata tat-tagħbija tat-trażżin (restraining load). Żgura
li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Ara l-istruzzjonijiet tal-manifattur dwar it-tagħmir tal-
appoġġ tal-ġisem għal aktar informazzjoni kif tagħmel konnessjonijiet.
4.4
BIEX TIKKONNETTJA MAT-TAGĦMIR TA' QBID B'ĦABEL: Xi mudelli ta' tagħmir ta' qbid b'ħabel jistgħu jiġu
pprovduti b'lanyard jew assorbitur tal-enerġija li jkunu mqabbdin b'mod permanenti. Tippruvax tqabbad lanyards jew
konnetturi addizzjonali ma' dawn is-subsistemi. Jekk qed tuża carabiner biex tqabbad direttament mat-tagħmir ta'
qbid b'ħabel, kun ċert li l-carabiner ma jagħmilx interferenza mal-operat tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel. Il-carabiners
għandhom ikunu tat-tip self-closing/self-locking (jingħalqu/jillokkjaw waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma
kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Kun żgur li l-konnettur mqabbad mat-tagħmir ta' qbid b'ħabel jippermetti biex il-
manku jdur b'mod ħieles, u ma jagħmilx interferenza mal-operat tatt-tagħmir ta' qbid b'ħabel.
4.5
LANYARDS BIT-TRUFIJIET ITTESTJATI: It-tagħmir speċifikat(ara l-1 Figura) huwa kwalifikat għall-użu fuq tarf
tal-azzar li ma jiċċanfarx b'raġġ (r) ta' 0,5 mm (0,02 in.). Trufijiet simili jinstabu fuq: profili tal-azzar irromblati, travi
tal-injam, jew parapetti tas-soqfa miksija jew ittondjati. Madankollu, dan li ġej se jkun ikkunsidrat meta jintużaw
f'pożizzjonijiet orizzontali jew trasversali u jeżisti r-riskju ta' waqgħa mill-għoli minn fuq xi tarf:
Jekk il-valutazzjoni tar-riskju li ssir qabel il-bidu tax-xogħol turi li t-tarf "jaqta'" ħafna u/jew jista' "jċanfar" (bħal
fil-każ ta' parapett tas-saqaf mhux miksi, travu msaddad, jew xifer konkrit):Għandhom jittieħdu miżuri relevanti
qabel jibda x-xogħol biex ma jkunx hemm waqgħa minn fuq ix-xifer; jew qabel il-bidu tax-xogħol, għandha tkun
immuntata protezzjoni fuq it-tarf; jew il-manifattur għandu jiġi kkuntattjat.
Il-punt tal-ankraġġ jista' jkun biss fl-istess għoli bħat-tarf li minn fuqu tista' sseħħ waqgħa jew 'il fuq mit-tarf.
L-angolu tad-direzzjoni mill-ġdid tal-lanyard fit-tarf li minn fuqu tista' sseħħ waqgħa (imkejla bejn iż-żewġ naħat
iffurmati mil-lanyard tad-direzzjoni mill-ġdid) għandu jkun mill-inqas ta' 90 grad.
Biex jitnaqqas il-potenzjal għal waqgħa li tispiċċa f'moviment tal-pendlu, iż-żona tax-xogħol jew il-moviment
laterali fuq kull naħa tal-assi ċentrali għandha tkun limitata għal massimu ta' 1,50 m (4,92 piedi).
155

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents