Download Print this page

Barbecook SPRING 3112 User Manual page 232

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 25
4.3. Enemel
Xi partijiet tal-apparat huma mgħottija f'saff ta' ħġieġ
imdewweb, magħruf ukoll bħala enemel. Dan l-enemel
jipproteġi l-metall ta' taħt mill-korrużjoni. L-enemel huwa
materjal ta' kwalità għolja: huwa reżistenti għall-korrużjoni, ma
jiddegradax taħt l-influwenza ta' temperaturi għoljin u huwa faċli
ħafna biex jingħata
manutenzjoni.
Peress li l-enemel huwa inqas flessibbli mill-metall
li jinsab imwaħħal fuqu, biċċiet tal-enemel jistgħu
jinqalgħu meta l-apparat jintuża ħażin. Biex tevita din
il-problema, trid toqgħod attent meta tarma l-partijiet
tal-enemel u dejjem trid tieħu ħsieb l-enemel skont
l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal.
4.4. Flare-ups
Flare-ups huma fjammi li jitilgħu għall-għarrieda mir-reċipjent
meta tkun qed tiggrilja. Ġeneralment dawn ikunu kkawżati mit-
taqtir tax-xaħam jew l-immarinar.
5.
L-IMMUNTAR TAL-APPARAT
5.1. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• M'għandekx tagħmel modifiki fl-apparat meta timmuntah.
Partijiet imwaħħla minn qabel u/jew issiġillati mill-manifattur
m'għandhomx jiġu modifikati, għax dan ikun ta' periklu.
• Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tal-immuntar bir-reqqa.
• L-utent huwa responsabbli għall-immuntar tajjeb tal-apparat.
Ħsara kkawżata minn immuntar mhux korrett mhix koperta
mill-garanzija.
5.2. Biex timmonta l-apparat
Għandek bżonn tornavit Phillips, tornavit ċatt,
u batterija AA (għall-apparat li jqabbad l-elettriku). L-apparat
ma jiġix bil-batteriji.
1. Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli.
2. Arma l-apparat kif muri fuq it-tpinġijiet tal-immuntar.
Tista' ssib it-tpinġijiet tal-immuntar fit-tieni parti
ta' din il-gwida, wara d-dijagramma kompożittiva tat-
tagħmir tiegħek (ara paġna 89).
Oqgħod attent meta tarma partijiet tal-enemel. L-għodda
u l-viti jistgħu jagħmlu ħsara lill-enemel. Uża l-woxers tal-
fibra fornuti biex tipproteġi l-enemel ta' madwar il-viti.
L-ippakkjar tal-prodott jista' jkun fih aktar viti milli
meħtieġ, għalhekk jaf ikun hemm xi viti żejda
wara
l-immuntar.
Il-pakkett fih kitt ta' emerġenza b'partijiet ta' rikambju
(viti, boltijiet, woxers tal-fibra, eċċ.) li tista' tuża jekk parti
tintilef jew tinkiser.
6. IT-TWAĦĦIL TAL-GASS MAL-APPARAT
6.1. Liema ċilindru tal-gass, pajp u regolatur?
Biex tqabbad l-apparat mal-gass, l-ewwelnett se jkollok bżonn
tixtri ċilindru tal-gass, pajp, u regolatur tal-pressjoni. It-tabella
hawn taħt tindika liema ċilindru tal-gass, pajp, u regolatur
għandek tuża. Fil-Belġju (BE), pereżempju, għandek tuża
flixkun tal-propan b'pajp u regolatur għal 37 mbar,
jew flixkun tal-butan bil-pajp u r-regolatur għal 28-30 mbar.
Pajjiż
LU - NL - DK - FI -
SE - CY - CZ - EE
- LT - MT - SK
SI - BG - IS - LE -
TR - HR - RO - IT
- HU - LV
BE - FR - IT - LU -
IE - GR - PT - ES
- CY - CZ - LT -
SK - CH - SI - LV
L-apparat ġie ddisinjat biex jintuża ma' fliexken tal-butan
jew propan ta' 4.5 sa 15-il kg u mgħammar b'valv li
jnaqqas il-pressa xieraq. Nirrakkomandaw li tuża
l-propan mal-apparat. Il-propan jagħti kombustjoni ta'
kwalità għolja u huwa inqas sensittiv għall-ġlata. L-għoli
taċ-ċilindru tal-gass m'għandux jaqbeż is-70 cm,
irrispettivament mill-wisa' jew id-dijametru D jew
iċ-ċilindru.
Dejjem ixtri r-regolatur tal-pressjoni u ċ-ċilindru tal-gass
tiegħek flimkien.
Mhux ir-regolaturi kollha jaqblu mal-fliexken tal-gass kollha.
Uża biss pajp tal-gass u regolatur b'omologazzjoni
għall-pajjiż fejn se jintuża.
6.2. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• Qatt m'għandek tqabbad il-pajp tal-gass direttament mal-
apparat. Dejjem waħħal regolatur tal-pressjoni maċ-ċilindru
tal-gass l-ewwel.
• Qatt timmodifika partijiet immuntati minn qabel jew issiġillati
tal-
ċilindru tal-gass, il-pajp, jew ir-regolatur tal-pressjoni.
• Kun żgur li tuża pajp qasir kemm jista' jkun (mhux aktar
minn 1.5 m)
biex tevita li jkaxkar fl-art.
- Qatt tiddeforma jew titwi/toqros il-pajp tal-gass. Iċċekkja li
l-pajp la jkun imġebbed u lanqas mibrum. Kun żgur li l-pajp
ma jiġix f'kuntatt ma' partijiet li jistgħu jiġu jaħarqu.
- Il-pajp għandu jinbidel jekk issirlu l-ħsara jew juri sinjali
ta' tiċrit, jekk ir-regolamenti nazzjonali jistipulaw dan jew
skond l-applikabilità tagħhom.
• Iċ-ċilindru tal-gass għandu dejjem ikun wieqaf.
• Qatt tiftaħ il-provvista tal-gass
• Iċċekkja għal xi ħruġ tal-gass kull meta tagħmel modifiki
fil-konnessjonijiet tal-gass. Ara "7. Kif tiċċekja għall-ħruġ
tal-gass".
6.3. Qabbad il-pajp mal-apparat
Franza:
L-apparat jista' jintuża ma' żewġ tipi ta' pajpijiet tal-gass.
• Il-pajp tal-gass għandu jitwaħħal mad-dnub tal-pajp fuq
l-apparat u fuq ir-regolatur tal-pressjoni, marbut sew bil-
klipps tal-pajp (skont XP D 36-110).
Tul rakkomandat 1.25 m
• Pajp tal-gass (skont XP D 36-112) mgħammar bi
skorfina G ½ għal konnessjoni diretta mal-apparat u
skorfina M20 x 1.5 m għal konnessjoni diretta mar-regolatur
www.barbecook.com
Ċilindru tal-gass, pajp,
u regolatur
Propan,
28-
butan, jew
30 mbar
taħlita tat-
tnejn
28-
butan
30 mbar
37
propan
mbar
35

Advertisement

Chapters

loading

This manual is also suitable for:

Bc-gas-2002