Download Print this page

Mt - Gwida Għall-Utent - Barbecook SPRING 3112 User Manual

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 25
MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1.
IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook.
Nisperaw li tieħu pjaċir tużah u tgawdih għal ħafna żmien!
Tista' tottimizza l-esperjenza tiegħek billi tirreġistra l-barbecue
tiegħek online biex tieħu vantaġġ mill-ħafna benefiċċji.
- Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online, sabiex tkun
tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar l-apparat
tiegħek.
- Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat,
li jfisser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz tal-
garanzija.
- Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
- Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni
tal-apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2.
DWAR DAN IL-MANWAL
Dan il-manwal jikkonsisti f'żewġ partijiet.
Parti 1 fiha struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-
manutenzjoni u l-garanzija.
Parti 2 (li tibda f'paġna 89) fiha illustrazzjonijiet, listi ta' partijiet u
tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċifika fil-manwal, se ssirlek referenza
għaliha b'din il-pittogramma
ta' lapes.
3.
STRUZZJONIJIET IMPORTANTI DWAR IS-SIGURTÀ
3.1. Aqra u segwi dawn l-istruzzjonijiet
Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża l-apparat
Dejjem segwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa. L-immuntar jew l-użu
tal-apparat b'mod li ma jaqbilx mal-istruzzjonijiet jista'
jirriżulta f'nirien u ħsara materjali.
Ħsara kkawżata minħabba li ma jkunux ġew segwiti
l-istruzzjonijiet
(immuntar mhux xieraq, użu ħażin, manutenzjoni mhux
xierqa, eċċ.) mhumiex koperti mill-garanzija.
3.2. Oqgħod attent meta tuża l-gass
Li taħdem bil-gass huwa sigur jekk tieħu xi prekawzjonijiet:
• Dejjem aħżen iċ-ċilindri tal-gass barra mid-dar fi spazju
ventilat tajjeb. Kun żgur li l-fliexken
ma jkunux esposti għal temperaturi għoljin jew
għax-xemx diretta.
• Qatt taħżen iċ-ċilindru tal-gass jew iċ-ċilindru tal-gass żejjed
fil-kabinett tat-tagħmir tiegħek.
• Qatt taħżen iċ-ċilindru tal-gass żejjed tiegħek fil-viċinanza ta'
apparat tal-gass li jkun qed jintuża.
• Wara l-użu, dejjem agħlaq il-provvista tal-gass
miċ-ċilindru tal-gass.
• Qatt tpejjep fil-viċinanza ta' apparat li jaħdem bil-gass
li jkun qed jintuża, u lanqas fil-viċinanza ta' ċilindru tal-gass,
vojt jew mimli.
Jekk ixxomm il-gass, agħlaq il-provvista tal-gass
immedjatament, itfi l-fjammi kollha, u iftaħ l-għatu
tal-apparat. Jekk ir-riħa tippersisti, ċempel lill-fornitur
tal-gass tiegħek jew lis-servizz tat-tifi tan-nar.
3.3. L-għażla ta' post xieraq
Uża l-apparat barra biss. Jekk tuża l-apparat ġewwa, anke
f'garaxx jew f'kamra (shed), tkun qed tirriskja avvelenament bil-
34
monossidu tal-karbonju.
Ikkunsidra dan li ġej meta tagħżel post:
Poġġi l-apparat mill-inqas tliet metri 'l bogħod mill-bini
f'post miftuħ u ventilat tajjeb.
• Kun żgur li dejjem ikun hemm ħafna arja mingħajr ostakli
għall-burners u għall-fetħiet tal-ventilazzjoni fil-kabinett.
• Tpoġġix il-barbecue taħt struttura li tgħattih minn fuq
(veranda, xi kenn, eċċ.) jew taħt xi weraq.
• Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli. Tpoġġix l-apparat fuq
vettura li tiċċaqlaq (dgħajsa, karru, eċċ. ).
3.4. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• Użaħ barra biss.
• Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet qabel ma tużaħ.
• Tmexxix l-apparat waqt l-użu.
• Qatt tħalli l-apparat waħdu waqt li jkun qed jintuża, u b'mod
partikolari jekk ikun hemm tfal jew annimali madwar.
• TWISSIJA: Il-partijiet li jintmessu jistgħu jsiru jaħarqu ħafna.
Żomm lit-tfal żgħar 'il bogħod.
• Uża protezzjoni xierqa meta jkollok bżonn tmiss partijiet
sħan (l-għatu, il-gradilja, eċċ.).
• Żomm l-apparat 'il bogħod minn materjali li jieħdu n-nar
meta tkun qed tużah.
• Żomm materjali li jieħdu n-nar, likwidi li jieħdu n-nar u
oġġetti li jinħallu f'distanza sigura mill-apparat meta jkun qed
jintuża.
• Tużax injam, faħam tal-kannol, lava stone, jew briquettes
taċ-ċeramika f'apparat tal-gass.
• Tużax l-apparat meta tkun taħt l-influwenza tal-alkoħol jew
drogi.
• Agħlaq il-provvista tal-gass miċ-ċilindru tal-gass wara l-użu.
• Tagħmilx modifiki lill-apparat.
4.
KUNĊETTI RIKORRENTI
Din il-parti tal-gwida telenka d-definizzjonijiet ta' xi kunċetti
inqas familjari. Dawn il-kunċetti jintużaw meta jiġu diskussi
diversi suġġetti fil-manwal.
4.1. Tubi venturi
It-tubi venturi huma t-tubi ż-żgħar imwaħħlin fid-daħla tal-
burners. Hemm fetħa fil-ġenb tat-tubi venturi. Din tidher
fuq il-burners ewlenin u fuq il-burner tal-ġenb:
Il-gass jgħaddi mit-tubi venturi fi
triqtu lejn il-burners. Il-gass jitħallat mal-arja (u, għalhekk,
l-ossiġenu)
mill-fetħiet fil-ġnub. Dan hu
essenzjali għal kombustjoni xierqa fil-burners: kombustjoni
xierqa teħtieġ it-taħlita korretta ta' gass / ossiġnu biex tagħti
fjammi sbieħ.
4.2. Għotjien tal-burners
L-għotjien tal-burners huma għotjien imqiegħda
fuq il-burners fuq l-apparat. Dawn jipproteġu l-burners mit-taqtir
tax-xaħam. Il-fetħiet mgħottija fuq il-ġnub tal-għotjien iqassmu
s-sħana fuq il-gradilja sabiex tisħon aktar malajr u b'mod aktar
uniformi.
www.barbecook.com

Advertisement

Chapters

loading

This manual is also suitable for:

Bc-gas-2002