Inogen Rove 6 User Manual page 307

Portable oxygen concentrator system
Hide thumbs Also See for Rove 6:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
il-prestazzjoni u/jew jagħmel ħsara lit-tagħmir.
• Ir-Rove 6 mhuwiex tajjeb għall-użu mal-MR. Tesponihx
għat-tagħmir MRI jew apparat ieħor li jiġġenera kampi
manjetiċi qawwija (pereżempju, x-ray, CT scan, jew tipi
oħra ta' radjazzjoni).
• L-użu ta' dan l-apparat ma ġiex studjat f'popolazzjonijiet
pedjatriċi. Ikkonsulta lit-tabib tiegħek qabel ma tuża
l-prodott għal pazjenti pedjatriċi.
• L-użu ta' dan il-prodott barra mill-użu maħsub u
l-ispeċifikazzjonijiet ma ġiex ittestjat u jista' jwassal
għal ħsara lill-prodott, telf tal-funzjoni tal-prodott, jew
korriment personali.
• Tużax dan il-prodott bl-ebda mod ieħor għajr kif deskritt
fit-taqsimiet tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-użu maħsub ta'
dan il-manwal.
• Timmodifikax l-apparat. Kwalunkwe modifika mwettqa fuq
it-tagħmir tista' tfixkel il-prestazzjoni jew tagħmel ħsara lit-
tagħmir u tannulla l-garanzija tiegħek sakemm ma tkunx
ingħatajt indikazzjoni jew struzzjoni biex tagħmel dan.
• Twettaqx service jew manutenzjoni fuq l-apparat waqt li
jkun qed jintuża.
• Hija r-responsabbiltà tal-pazjent li jkollu sors alternattiv
ta' ossiġnu fil-każ ta' qtugħ tad-dawl jew ħsara mekkanika.
Dan għandu jiġi evalwat meta tinbeda terapija bl-ossiġnu
u għandu jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni tal-pazjent,
il-kundizzjonijiet ambjentali tal-għajxien u l-ħila tal-
pazjent li jiġi fornut mill-ġdid bi provvisti supplimentari
ta' ossiġnu. Dawn l-attributi għandhom jiġu evalwati
mill-ġdid perjodikament hekk kif jinbidlu l-kundizzjonijiet
tal-pazjent.
• Hija r-responsabbiltà tal-pazjent li jippjana għal provvista
ta' ossiġnu ta' riżerva meta jivvjaġġa; Inogen ma tassumi
l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe interruzzjoni
fil-provvista tal-ossiġnu jekk ma jkunx assigurat sors
alternatttiv (backup).
• Jekk tħossok marid/a jew skomdu/a, jew jekk
il-konċentratur ma jagħtix ħjiel ta' ossiġnu u m'intix kapaċi
tisma' u/jew tħoss l-ossiġnu għaddej, ikkonsulta mal-
fornitur tat-tagħmir tiegħek u/jew mat-tabib/a tiegħek
IMMEDJATAMENT.
• Jekk m'intix kapaċi tikkomunika l-iskumdità, tista' teħtieġ
©2022 Inogen, Inc. Id-drittijiet kollha riżervati.
monitoraġġ addizzjonali u jew sistema distribwita ta'
allarm biex twassal l-informazzjoni dwar l-iskumdità u jew
l-urġenza medika lill-persuna responsabbli li tieħu ħsiebek
biex tevita l-perikllu.
• Dan l-apparat jipproduċi gass ossiġnu arrikkit, li jaċċellera
l-kombustjoni. Tħallix tipjip jew fjammi mikxufa fuq
distanza ta' 2 m (6.56 pied) minn dan l-apparat waqt
l-użu. It-tipjip matul it-terapija tal-ossiġnu huwa perikoluż
u x'aktarx li jirriżulta fil-ħruq tal-wiċċ jew mewt. Jekk
tpejjep, għandek dejjem titfi l-konċentratur tal-ossiġnu,
tneħħi l-kannula u tħalli l-kamra fejn jinsabu l-kannula
jew il-konċentratur tal-ossiġnu. Jekk ma tkunx tista' tħalli
l-kamra, għandek tistenna 10 minuti wara li jitwaqqaf
il-fluss tal-ossiġnu.
• L-ossiġnu jieħu n-nar. Tħallix il-kannula nażali fuq il-friex
jew fuq il-cushions tas-siġġijiet. Itfi l-konċentratur tal-
ossiġnu meta ma jkunx qed jintuża.
• Evita l-użu tal-apparat fil-preżenza ta' sustanzi li jniġġsu,
duħħan, jew dħaħen oħra. Tużax l-apparat fil-preżenza
ta' anestetiċi li jaqbdu, prodotti tat-tindif jew fwar kimiku
ieħor. Tużax sprejs aerosol madwar l-apparat.
• Tużax provvisti tal-enerġija, kejbils tal-elettriku jew
aċċessorji għajr dawk speċifikati f'dan il-manwal għall-
utent. L-użu ta' provvisti tal-enerġija mhux speċifikati,
kejbils tal-elettriku jew aċċessorji mhux speċifikati jista'
joħloq periklu għas-sikurezza u/jew ixekkel il-prestazzjoni
tat-tagħmir.
• Tużax żejt, griż, jew prodotti bbażati fuq il-pitrolju fuq
l-apparat, jew qribu, fuq wiċċek jew man-naħa ta' fuq
ta' sidrek sabiex tevita r-riskju ta' nirien u ħruq. Uża
biss lozjonijiet jew salves ibbażati fuq l-ilma li huma
kompatibbli mal-ossiġnu matul it-tħejjija jew l-użu tul
it-terapija bl-ossiġnu.
• Tillubrikax fittings, konnessjonijiet, tubi, jew aċċessorji oħra
tal-konċentratur tal-ossiġnu biex tevita r-riskju ta' nar u
ħruq.
• Biex tevita l-periklu ta' fgar jew periklu ta' tgħalliq, żomm
il-wajers 'il bogħod mit-tfal u l-annimali domestiċi.
• Hija r-responsabbiltà tal-pazjent li juża biss partijiet u
aċċessorji msemmija f'dawn l-istruzzjonijiet għall-użu.
Il-partijiet u l-aċċessorji użati mill-pazjent li mhumiex
rakkomandati f'dawn l-istruzzjonijiet għall-użu huma
Paġna 307 minn 356
96-12100-01-01-A

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Is-501Io-501

Table of Contents