3M DBI SALA KM419 User Instruction Manual page 136

Anchore strap
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
3.0 INSTALLAZZJONI
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 & 2 Taqsima.
3.2
ANKRAĠĠ: Il-Figura 8 turi l-ankraġġ tal-Lanyard . Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat liberi u
waqgħat bit-tbandil (ara l-2 Taqsima). Agħżel punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati fl-2
Taqsima.
3.3
INSTALLAZZJONI TAĊ-KONNEKTER TAL-ANKRAĠĠ:
A.
Poġġi ċ-Konnekter tal-Ankraġġ fuq l-ankraġġ bit-tikketti jħarsu 'l barra, direttament fuq struttura ta' ankraġġ
solidu minn ġot-taqsima ta' ġewwa tas-sling kif muri fil-Figura 7.A
B.
Biċ-Konnekter tal-Ankraġġ imqiegħed fuq l-ankraġġ, għaddi tarf wieħed tas-sling minn ġol-ieħor kif muri fil-Figura
7.B. Żerżaq tarf wieħed tas-sling sal-ankraġġ, fuq il-webbing. Iġbed it-tieni tarf tas-sling 'l isfel biex ma jkunx
maħlul billi tmexxi l-ewwel tarf tas-sling 'il fuq.
C.
It-truf li mhumiex konnessi u li jkunu mdendlin taħt l-ankraġġ, it-tnejn jispiċċaw imqabbda ma' konnettur tal-
ankraġġ. Iċ-Konnekter tal-Ankraġġ għandu jkun imgeżwer sewwa madwar il-konnettur tal-ankraġġ imdendel
liberament kif muri fil-Figura 7.C. Tiwjiet multipli taċ-Konnekter tal-Ankraġġ madwar l-ankraġġ jistgħu jsiru biex
jitqassar it-tul. Għaddi t-tarf tas-sling minn ġol-ieħor fuq kull tiwja.
D.
Il-konnettur tal-ankraġġ għandu jkun issikkat mal-istruttura tal-ankraġġ. Tħallix iċ-Konnekter tal-Ankraġġ ikun
maħlul, dan jista' jżid id-distanza ta' waqgħa libera (free fall distance) fil-każ ta' waqgħa.
;
M'għandekx tagħmel għoqiedi fuq il-Punt tal-Ankraġġ taċ-Konnekter tal-Ankraġġ. Is-subsistema konnettiva
għandha tkun imqabbda ma' sling dritta biss. L-għoqiedi jnaqqsu l-qawwa tal-Punt ta' Ankraġġ b'mod sinifikanti.
3.4
BIEX TIKKONNETTJA MAL-KONNETTUR TAL-ANKRAĠĠ: Qabbad il-Punt ta' Ankraġġ installat b'ganċ li jinqafel
waħdu jew karabiner li jissakkar waħdu biss. Tużax għoqda biex tqabbad linja tas-salvataġġ (lifeline) mal-konnettur
tal-ankraġġ. Tgħaddix il-lanyard jew linja tas-salvataġġ mis-sling. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament
magħluqin u msakkrin. Ara l-Figura 8 għall-konnessjoni ta' tagħmir tipiku ta' waqfien ta' waqgħa jew ta' trażżin mal-
konnettur tal-ankraġġ. Meta tuża lanyard li jassorbi l-enerġija, qabbad it-tarf tal-'pack' tal-assorbitur tal-enerġija mal-
Irbit tas-Sikurezza. Żgura li l-linja tas-salvataġġ li jinġibed lura huwa f'postu sabiex ma tagħmilx ħsara lir-retraction.
Dejjem ipproteġi l-linja tas-salvataġġ jew il-lanyard minn brix kontra wċuħ li jaqtgħu jew li joborxu fiż-żona tax-
xogħol tiegħek. Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Qatt m'għandek tqabbad
iktar minn sistema ta' protezzjoni personali waħda ma' konnettur wieħed tal-ankraġġ.
A.
(1) Ankraġġ, (2) Konnekter tal-Ankraġġ, (3) Konnettur, (4) SRD.
B.
(1) Ankraġġ, (2) Konnekter tal-Ankraġġ, (3) Kurdun li Jassorbi x-Xokkijiet.
C.
(1) Ankraġġ, (2) Konnekter tal-Ankraġġ, (3) Kurdun li Jassorbi x-Xokkijiet, (4) Maqbad tal-Ħbula,
(5) Linja tas-Salvataġġ Vertikali.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx jużawhom għandhom
jaqraw l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" fil-bidu ta' dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1
SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM: Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard skont il-lista ta' kontroll tal-ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2). Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew tindika li
l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2
WARA WAQGĦA: Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta' forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2) irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
5.0 SPEZZJONI
5.1
FREKWENZA TA' SPEZZJONI:Il-Lanyard għandu jiġi spezzjonat f'intervalli kif speċifikat fit-Taqsima 1. Il-proċeduri
tal-ispezzjoni huma spjegati fir- "Reġistru taal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Skeda 2) .
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta'
spezzjonijiet.
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża,
neħħi l-Lanyard mis-servizz minnufih u eqirdu biex tipprevjeni l-użu involontarju. Il-lanyards ma jissewwewx.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tal-Lanyards 3M hija determinata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u
l-manutenzjoni. Il-perjodu ta' ħajja massima tista' tvarja minn sena għall-użu gravi f'kundizzjonijiet estremi sa 10
snin għall-użu ħafif f'kundizzjonijiet ħfief. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista' jibqa' jintuża
fix-xogħol sa massimu ta' 10 snin.
136

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents