3M DBI SALA KM419 User Instruction Manual page 135

Anchore strap
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
2.5
FALL CLEARANCE (SPAZJU GĦALL-WAQGĦA): Figura 3 turi l-komponenti ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli.
Għandu jkun hemm bizzejjed Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance - FC) taħt l-utent biex tkun tista' tiġi mwaqqfa
waqgħa qabel ma l-utent jaħbat mal-art jew xi ostaklu ieħor. Il-Clearance hija affettwata min-numru ta' fatturi
li jinkludu: Il-Post fejn Jinsab l-Ankraġġ, (A) Tul tal-Lanyard, (B) Lanyard Deceleration Distance (Distanza ta'
Deċellerazzjoni tal-Lanyard) jew SRD Maximum Arrest Distance (Distanza Massima tat-Twaqqif tal-SRD), (C) Harness
Stretch (Kemm jinġibed il-Harness) u Tul u Ssettiljar tad-D-Ring/Konnettur. Irreferi għall-istruzzjonijiet inklużi mas-
subsistema tiegħek tat-Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli għal speċifikazzjonijiet marbuta mal-kalkolu tal-Ispazju għall-
Waqgħa.
2.6
SWING FALLS (WAQGĦAT BI TBANDIL): Is-Swing Falls (waqgħat bi tbandil) iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma
jkunx direttament fuq il-punt fejn isseħħ il-waqgħa (ara Figura 4). Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt swing fall
(waqgħa bi tbandil) tista' tikkawża korriment serju jew mewt. Imminimizza s-swing falls (waqgħat bi tbandil) billi
taħdem kemm jista' jkun possibbli direttament taħt il-punt tal-ankraġġ. Tħallix li ssir swing fall (waqgħa bi tbandil)
jekk hemm possibbiltà ta' korriment. Swing falls (waqgħat bi tbandil) iżidu b'mod sinifikanti l-clearance meħtieġa
meta jiġi użat Apparat li Jinġibed Lura (Self-Retracting Device) jew subsistema oħra li tuża konnessjoni b'tul varjabbli.
2.7
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: It-tagħmir 3M huwa ddisinjat għall-użu ma' komponenti u subsistemi
approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew bdil li jsir ma' komponenti jew sistemi mhux approvati jistgħu jipperikolaw
il-kompatibilità tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa.
2.8
KOMPATIBILITÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta'
konnessjoni meta jkunu ġew ddisinjati li jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx lill-gate
mechanisms (mekkaniżmi ta' bibien) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom.
Ikkuntattja lil 3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibilità.
Il-konnetturi jridu jkunu konformi ma' EN362. Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta'
ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli
jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (ara Figura 5). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u
saħħa. Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner, ikun ta' qies żgħir jew ikollu
forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook
jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu
mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.9
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa.
Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Kun żgur li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u llokkjati.
Il-konnetturi 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott
għall-utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 6 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap
hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati
ma' D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-
ring jitmejlu jew iduru, sakemm il-ganċ użat ikun mgħammar b'bieba ta' 3 600 libbra (16 kN). Iċċekkja l-marki
fuq is-snap hook tiegħek biex tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konfermazzjoni viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-kurdun (lanyard) jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur
kemm għall-kurdun kif ukoll għall-konnettur speċifikament jippermetti tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
135

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents