Deskrizzjoni; Skop; Ġabra Fil-Qosor; Twissijiet Ġenerali Ta' Sikurezza Għal Għodda Li Taħdem Bl-Enerġija - Echo DPPF-310 Operator's Manual

Power pruner
Table of Contents

Advertisement

1

DESKRIZZJONI

1.1

SKOP

Il-prodott huwa mgħammar b'tagħmir tat-tqattigħ
immuntat fuq bastun biex jippermetti lil min
iħaddmu jaqta' l-fergħat tas-siġar weqfin iżda
mhuwiex intenzjonat għat-tqattigħ tal-injam bħal serrieq
mekkaniku normali.
Dan l-apparat mhuwiex intenzjonat li jintuża minn
persuni (inklużi tfal) li ma jifhmux biżżejjed, jew li
għandhom nuqqas ta' esperjenza u għarfien, sakemm
ma jkunux ingħataw superviżjoni jew struzzjoni dwar
l-użu tal-apparat minn persuna responsabbli għas-
sikurezza tagħhom.
Għandu jkun hemm superviżjoni tat-tfal sabiex jiġi
żgurat li dawn ma jilagħbux bl-apparat.
1.2
ĠABRA FIL-QOSOR
Stampa 1-18.
Imblokk tal-iswiċċ
1
MT
tal-grillu
Swiċċ bi grillu
2
Għatu tal-istanga
3
gwida
Manku tal-apparat
4
elettroniku taż-żbir
Kullar
5
Lasta ta' estensjoni
6
Ras tal-apparat
7
elettroniku taż-żbir
Skorfina tal-għatu
8
tal-isprokit
2
TWISSIJIET ĠENERALI TA'
SIKUREZZA GĦAL GĦODDA LI
TAĦDEM BL-ENERĠIJA
Aqra t-twissijiet tas-sigurtà, l-istruzzjonijiet, l-
istampi u l-ispeċifikazzjonijiet kollha li hemm ma'
din l-għodda tal-elettriku. In-nuqqas li ssegwi dawn
l-istruzzjonijiet kollha jista' jwassal għal xokk elettriku,
nar u/jew korriment serju.
Żomm it-twissijiet u l-istruzzjonijiet kollha biex
tirreferi għalihom fil-futur.
It-terminu "għodda tal-elettriku" fit-twissijiet jirreferi għall-
għodda tal-elettriku tiegħek li taħdem bl-eneġija mill-
mejns (bil-fili) jew għal għodda tal-elettriku li taħdem
bil-batterija (mingħajr fili).
Tapp tat-tank taż-
9
żejt
10 Stanga gwida
11 Katina tas-serrieq
12 Indikatur taż-żejt
13 Żejt tal-katina
14 Għatu tal-isprokit
15 Ċinga integrali
16 Spanner
TWISSIJA
Malti
2.1
SIGURTÀ FL-ERJA TAX-XOGĦOL
Żomm l-erja tax-xogħol nadifa u mdawla sew.
Erjas ingombrati jew bid-dlam jistiednu aċċidenti.
Tużax għodda tal-elettriku f'atmosferi splussivi
bħal fil-preżenza ta' likwidi li jaqbdu, gassijiet
jew trab. Għodda tal-elettriku toħloq xrar li jista'
jqabbad it-trab jew id-duħħan.
Żomm it-tfal u n-nies preżenti 'l bogħod waqt
li topera għodda tal-elettriku. Id-distrazzjonijiet
jistgħu jwassluk biex titlef il-kontroll.
2.2
SIGURTÀ ELETTRIKA
Il-plaggs tal-għodda tal-elettriku jridu jaqblu
mas-sokit. Qatt m'għandek timmodifika l-plagg
bl-ebda mod. Tużax plaggs adapter ma' għodda
tal-elettriku ertjata (iggrawndjata). Plaggs mhux
modifikati u sokits li jaqblu jnaqqsu r-riskju ta' xokk
elettriku.
Evita l-kuntatt tal-ġisem ma' wċuħ ertjati jew
iggrawndjati bħal pajpijiet, radjaturi, kukers kbar
u friġis. Hemm riskju ikbar ta' xokk elettriku jekk
ġismek ikun ertjat jew iggrawndjat.
Tesponix l-għodda tal-elettriku għax-xita jew
kundizzjonijiet ta' tixrib. Jekk jidħol l-ilma ġo
għodda tal-elettriku, dan iżid ir-riskju ta' xokk
elettriku.
Oqgħod attent kif tuża l-wajer. Qatt tuża l-wajer
biex iġġorr, tiġbed jew taqla' minn mal-plagg
l-għodda tal-elettriku. Żomm il-wajer 'il bogħod
minn sħana, żejt, truf li jaqtgħu jew partijiet li
jiċċaqilqu. Wajers bil-ħsara jew imħabbla jżidu r-
riskju ta' xokk elettriku.
Meta tħaddem għodda tal-elettriku barra, uża
wajer tal-estensjoni tajjeb għall-użu barra. L-użu
ta' wajer tajjeb għall-użu barra jnaqqas ir-riskju ta'
xokk elettriku.
Jekk ma tistax tagħmel mod ieħor ħlief li tuża
għodda tal-elettriku f'post umdu, uża provvista
protetta b'APPARAT TA' KURRENT RESIDWU
(RCD). L-użu ta' RCD inaqqas ir-riskju ta' xokk
elettriku.
2.3
SIGURTÀ PERSONALI
Oqgħod b'seba' għajnejn, ara xi tkun qed
tagħmel u uża s-sens komun meta topera
għodda tal-elettriku. Tużax għodda tal-elettriku
meta tkun għajjien jew taħt l-influwenza ta' drogi,
alkoħol jew medikazzjoni. Mument ta' nuqqas
t'attenzjoni waqt li tkun qed topera l-għodda tal-
elettriku jista' jwassal għal korriment serju personali.
Uża tagħmir personali protettiv. Dejjem ilbes
protezzjoni għall-għajnejn. Tagħmir protettiv
bħal maskra kontra t-trab, żraben tas-sigurtà
li ma jiżolqux, kappell sod li jipproteġi r-ras
jew protezzjoni għas-smigħ użati tajjeb inaqqsu l-
korrimenti personali.
324

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents