L-Aġġustament Tal-Fond Tal-Penetrazzjoni Tal-Imsiemer; It-Tħaddim Tal-Għodda; It-Tneħħija Ta' Musmar Imweħħel; Struzzjonijiet Ta' Manutenzjoni - Kyocera TJEP BC 60 Safety And Operation Instructions

Hide thumbs Also See for TJEP BC 60:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
• Agħlaq il-magazzin (I) u l-lock tal-magazzin (D). Kun
ċert li l-lock huwa sikur.
L-aġġustament tal-fond tal-penetrazzjoni
tal-imsiemer
• L-għodda tista' tiġi mgħammra b'aġġustament
tal-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer (A). Ittestja
l-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer fuq biċċa
ħażina għar-rimi qabel ma tibda xogħlok.
• Dawwar in-knob (A)(Fig. B) jew uża l-hex key biex
taġġusta l-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer.
• Irrepeti l-proċedura ta' hawn fuq sakemm issib
is-setting tal-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer li
tixtieq (Fig. A)
It-tħaddim tal-għodda
• L-għodda tista' tiġi mgħammra b'wieħed mil-grilli (F)
msemmija hawn taħt:
Grillu sekwenzjali uniku
• Biex tħaddem il-senter tal-imsiemer, agħfas il-brekit
tas-sikurezza mal-biċċa tax-xogħol, u iġbed il-grillu.
• Biex tħaddem is-senter tal-imsiemer mill-ġdid,
ikollok bżonn tirrilaxxa l-brekit tas-sikurezza
kompletament u tirrilaxxa l-grillu qabel ma tirrepeti
l-proċedura ta' hawn fuq.
Sparar bit-tħabbit
• Attiva l-grillu, ħabbat il-brekit tas-sikurezza
mal-biċċa tax-xogħol, u jiġi sparat tir.
• Sabiex tattwa s-senter tal-imsiemer mill-
ġdid, ikollok bżonn terħi l-brekit tas-sikurezza
kompletament qabel ma tirrepeti l-proċedura ta'
hawn fuq.
Grillu ta' selezzjoni
• L-għodda tista' tiġi mgħammra bi grillu ta'
selezzjoni. Dan jippermettilek li tagħżel bejn
sparar sekwenzjali uniku u sparar bit-tħabbit.
Skont il-mudell tal-għodda, dan jista' jsir jew:
∙ billi l-buttuna tal-iswiċċ tingħafas 'il quddiem jew lura.
∙ billi l-buttuna tal-iswiċċ tingħafas 'il barra u tiddawwar.
∙ billi l-buttuna tal-iswiċċ is-sewda tingħafas 'il
ġewwa u x-xaft tal-iswiċċ jiġi mċaqlaq.
It-tneħħija ta' musmar imweħħel
• Fil-każ ta' musmar imweħħel, skonnettja l-provvista
tal-arja qabel ma tieħu xi azzjoni. Ipponta l-għodda
lil hinn minnek jew minn xi ħadd ieħor.
• Agħfas il-lock tal-magazzin (D) u iftaħ il-bieba tal-
magazzin (C).
• Daħħal mandrel fin-nose (B) sabiex tmexxi
l-musmar 'il fuq u fin-nose bore.l (Fig. C).
• Neħħi l-musmar imwaħħal bi tnalja ġejja għall-ponta jew
b'tip ta' għodda simili (Fig. D). Tużax idejk biex tneħħi
l-musmar.
• Jekk ma jirnexxilekx tneħħi l-musmar imwaħħal bil-
metodu ta' hawn fuq, ikkuntattja lin-negozjant lokali
tiegħek ta' TJEP.

Struzzjonijiet ta' manutenzjoni

Manutenzjoni ġenerali
• L-impjegatur u l-operatur huma responsabbli
biex jiżguraw li l-għodda tinżamm f'kundizzjoni
ta' tħaddim sikur. Barra minn hekk, il-persunal
awtorizzat tas-servizz ta' TJEP jew id-distributuri
ta' TJEP biss għandhom isewwu l-għodda u
jeħtiġilhom jużaw partijiet jew aċċessorji li huma
fornuti jew irrakkomandati minn Kyocera Unimerco
Fastening.
• Dejjem żomm l-għodda f'kundizzjoni nadifa. Imsaħ
il-griż jew iż-żejt b'ċarruta nadifa u xotta biex tevita
t-twaqqigħ tal-għodda bi żball.
• Uża lubrifikant ta' TJEP fil-plakka tal-arja (H)
tal-għodda mill-anqas darbtejn kuljum (skont il-
frekwenza tal-użu).
• Evita kwalunkwe użu ta' likwidu għat-tindif fuq
bażi ta' solvent biex tnaddaf l-għodda, minħabba li
ċertu solvent jagħmel ħsara jew idgħajjef il-partijiet
komposti tal-għodda.
• Il-viti u l-iskorfini kollha għandhom jinżammu
ssikkati u mingħajr ħsara. Viti mhux issikati jistgħu
jirriżultaw f'sitwazzjonijiet perikolużi u jikkawżaw
korriment personali gravi jew tkissir ta' partijiet.
• Huwa rrakkomandat li jintużaw filter u regolatur fuq
il-kompressur.
• Battal it-tankijiet tal-kompressur mill-ilma ta' kuljum.
• QATT tuża għodda jekk ikun hemm xi dubju.
Temp kiesaħ
• Meta tħaddem l-għodda f'temperaturi qrib jew
taħt iż-żero, l-umdità fil-linja tal-arja tista' tiffriża u
timpedixxi t-tħaddim tal-għodda.
• Naqqas il-pressjoni tal-arja għal 80 psi (5.5 bar) jew
anqas.
• Neħħi l-imsiemer kollha mill-magażin.
• Ikkonnettja l-kompressur u spara mingħajr imsiemer
fil-magażin, għaliex tħaddim bil-mod għandu
t-tendenza jsaħħan il-partijiet jiċċaqilqu.
Ħżin
• Meta l-għodda ma tkunx qed tintuża għal perjodu
estiż, applika kisja rqiqa ta' lubrikant mal-partijiet
tal-azzar biex tevita s-sadid. Taħżinx l-għodda
f'ambjent tat-temp kiesaħ. Meta ma tkunx qed
tintuża, l-għodda jenħtieġ li tinħażen f'post sħun u
xott. Żomm 'il bogħod mit-tfal.

Rimi

• Ir-rimi tal-għodda jrid jitwettaq skont l-istruzzjonijiet
mogħtija mill-awtoritajiet lokali.
Il-Malti
111

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents