Perikli Previsti; Struzzjonijiet Ta' Tħaddim; Konnessjoni Tal-Kompressur; Daħħal U Neħħi L-Musmar - Kyocera TJEP BC 60 Safety And Operation Instructions

Hide thumbs Also See for TJEP BC 60:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
∙ L-għodda tkun barra mis-superviżjoni u mill-
kontroll tal-operatur
∙ Tneħħija tal-imsiemer mill-magażin.
• L-arja kkompressata tista' tikkawża korriment gravi.
• Dejjem agħlaq il-provvista tal-arja, u skonnettja
l-għodda mill-provvista tal-arja meta din ma tkunx
qed tintuża.
• Qatt ma għandek tipponta l-arja kkompressata lejk
jew lejn xi ħadd ieħor.
• Dejjem uża l-plakka tal-arja tal-għodda (H) korretta
għall-ikkonnettjar tal-pajp flessibbli. Il-pressjoni trid
titneħħa mill-għodda meta l-ġonta tal-ikkonnettjar
(coupling joint) tiġi skonnettjata.
• Meta tuża l-għodda, taqbiżx il-pressjoni massima
tat-tħaddim P
.
max
• L-għodda ma tridx tkun konnessa ma' kompressur li
potenzjalment jaqbeż il-175 psi jew it-12 bar.
• It-tfal ma għandhomx jilagħbu bl-għodda. It-tindif u
l-manutenzjoni mill-utent ma għandhomx isiru minn tfal.
• Pajpijiet flessibbli ivenvnu jistgħu jikkawżaw
korriment gravi. Dejjem iċċekkja għal pajpijiet
flessibbli jew fittings bil-ħsara jew mhux sodi.
• L-aħjar provvista tal-arja tinkiseb bl-użu ta' pajp tal-
arja flessibbli b'dijametru ta' 3/8" jew 10 mm. Jekk
il-pajp tal-arja jkun twil wisq, dan jista' jikkawża
nuqqas ta' pressjoni u provvista tal-arja.
• Qatt iġġorr jew tkaxkar l-għodda mill-pajp flessibbli
tagħha.
• Żomm l-għodda kif suppost. Jekk din ikollha ħsara,
sewwiha qabel ma tużaha. Jekk jogħġbok irreferi
għall-istruzzjonijiet ta' manutenzjoni għal informazzjoni
dettaljata dwar il-manutenzjoni xierqa tal-għodda.
• Jekk jogħġbok żomm l-għodda f'kundizzjoni nadifa,
imsaħ il-griż u/jew iż-żejt wara x-xogħol. Qatt ma
għandek tuża likwidu għat-tindif fuq bażi ta' solvent
biex tnaddaf l-għodda. Huwa possibbli li s-solvent
jiddeterjora l-komponenti tal-gomma u/jew tal-plastik
ta' fuq l-għodda. Manku u bodì tal-għodda miksija bil-
griż jistgħu jikkawżaw twaqqigħ tal-għodda bi żball u
b'hekk korriment lil persuna fil-qrib.
• Ara li l-għodda tiegħek tissewwa minn persuna li
ssewwi kkwalifikata billi tuża biss partijiet li jiġu fornuti
jew irrakkomandati minn Kyocera Unimerco Fastening.
Dan jaċċerta li s-sikurezza tal-għodda tinżamm.
• L-għodda għandha titħaddem biss minn arja
kkompressata bl-aktar pressjoni baxxa meħtieġa
għall-avvanz tax-xogħol sabiex jitnaqqas l-istorbju u
l-vibrazzjoni, u jiġi minimizzat it-tkagħbir bl-użu.
• Uża biss lubrikanti rrakkomandati minn Kyocera
Unimerco Fastening/l-aġent ta' TJEP lokali tiegħek.
• Uża arja kkompressata biss. L-użu ta' ossiġenu jew
ta' gassijiet kombustibbli għat-tħaddim tal-għodda
joħloq periklu tan-nirien u splużjoni.

Perikli previsti

• L-informazzjoni għat-twettiq ta' valutazzjoni tar-
riskju ta' dawn il-perikli u l-implimentazzjoni ta'
kontrolli xierqa hija essenzjali.
• Waqt it-tħaddim, jista' joħroġ trab mill-biċċa tax-
xogħol u mis-sistema tal-imsiemer/ta' kollazzjoni.
110
• Meta juża l-għodda għal perjodi twal, l-operatur
jista' jesperjenza skumdità f'dirgħajh, fi spallejh,
f'għonqu, jew f'partijiet oħrajn tal-ġisem.
• L-esponiment għall-vibrazzjoni jista' jikkawża ħsara
li tiddiżattiva lin-nervituri u lill-provvista tad-demm
tal-idejn u tad-dirgħajn.
• Jekk l-operatur jesperjenza sintomi bħal skumdità
persistenti jew rikorrenti, uġigħ, tektik, uġigħ irqiq,
tingiż, nuqqas ta' ħass, sensazzjoni ta' ħruq,
jew ebusija, tinjorax dawn is-sinjali ta' twissija.
L-operatur għandu jikkonsulta lil professjonista fil-
kura medika kkwalifikat dwar l-attivitajiet ġenerali.
• Waqt li jkun qed juża l-għodda, l-operatur għandu
jadotta qagħda xierqa iżda ergonomika. Żomm
pożizzjoni soda u evita qagħda ta' tfixkil jew żbilanċjata.
• Żomm idejk ħafifa, iżda sikura fuq l-għodda għaliex
ir-riskju mill-vibrazzjoni jkun ġeneralment akbar
meta wieħed iżommha b'forza akbar.
• Jista' jkun hemm riskji residwi relatati ma' perikli
ta' xogħol repetittivi bħat-tul taż-żmien tal-użu fir-
rigward tal-pożizzjonijiet u l-forzi tax-xogħol. Għal
tali informazzjoni huwa rrakkomandat li tikkonsulta
EN 1005-3 u EN 1005-4.
• Żliq, tfixkil u waqgħat huma kawżi maġġuri ta'
korriment fuq il-post tax-xogħol. Oqgħod attent
għall-uċuħ li jiżolqu meta tħaddem l-għodda.
• Ipproċedi b'attenzjoni akbar f'postijiet mhux
familjari. Jistgħu jkunu jeżistu perikli moħbija, bħal
linji tal-elettriku jew ta' utilitajiet oħrajn.
• Jekk l-għodda tintuża f'żona fejn hemm trab statiku,
tista' xxerred it-trab u tikkawża periklu. Jekk possibbli
dawwar l-egżost (E) lil hinn minn dawn iż-żoni.
• Fejn jinħolqu perikli ta' trab, il-prijorità għandha tkun
li jiġu kkontrollati fil-punt ta' emissjoni.
Struzzjonijiet ta' tħaddim

Konnessjoni tal-kompressur

• Ikkonnettja l-konnessjoni fuq il-pajp flessibbli tal-
arja mal-plakka tal-arja tal-għodda (H).
Daħħal u neħħi l-musmar
• Ikkonnettja l-kompressur qabel ma ddaħħal
l-imsiemer. Jekk iddaħħal l-imsiemer qabel ma jiġi
kkonnettjat il-kompressur, l-imsiemer jistgħu jiġu
sparati bi żball. Ipponta ż-żennuna 'l bogħod minn
kwalunkwe persunal u żomm is-saba' 'l bogħod mill-
grillu meta ddaħħal il-musmar.
• Agħfas il-lock tal-magazzin (D), iftaħ il-bieba
tal-magazzin (C) u iftaħ il-magazzin (I).
• Il-qiegħ aġġustabbli tal-magazzin jista' jkun aġġus-
tat billi:
∙ tittella' l-pjanċa/insert tal-qiegħ għal pożizzjoni
adattata skont it-tul tal-musmar.
∙ tittella' u tiddawwar il-pjanċa/insert tal-qiegħ għal
pożizzjoni adattata skont it-tul tal-musmar.
∙ jitneħħa jew jiddaħħal l-insert tal-magazzin.
• Poġġi l-kojl ta' msiemer fil-magazzin (I). Oħroġ
biżżejjed imsiemer sabiex tasal sal-feed pawl (C).
Poġġi l-ewwel musmar fil-kanal tad-driver.

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents