Kif Tagħmel Buck Ta' Zokk Maqtugħ; Tensjoni U Kompressjoni F'injam Ippreparat; Manutenzjoni; Aġġusta T-Tensjoni Tal-Katina - Echo DCS-310 Operator's Manual

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
10.4
KIF TAGĦMEL BUCK TA' ZOKK
MAQTUGĦ
Stampa 14.
Oqgħod fuq in-naħa tat-telgħa tal-izkuk.
Bucking tfisser li tisserra zokk jew siġra li tkun waqgħet
f'biċċiet iżgħar. Hemm xi regoli bażiċi li japplikaw għall-
operazzjonijiet kollha ta' bucking.
Żomm idejk it-tnejn fuq il-mankijiet il-ħin kollu.
Appoġġja z-zkuk maqtugħin jekk hu possibbli.
Meta taqta' fuq xi telgħa jew niżla, dejjem oqgħod 'il fuq.
Toqgħodx bilwieqfa fuq zokk maqtugħ.
10.5
TENSJONI U KOMPRESSJONI
F'INJAM IPPREPARAT.
Stampa 15-17.
MT
Jekk ma kkalkolajtx sew l-effetti tat-tensjoni u
kompressjoni u qtajt min-naħa l-ħażina, l-injam ser joqros l-
istanga gwida u l-katina u jaqbadhom. Jekk il-katina tinzerta
ġġammjata u s-serrieq ma jistax jitneħħa mill-qatgħa,
tisfurzax biex toħroġha. Waqqaf is-serrieq u sforza feles fil-
qatgħa biex tiftaħ. Qatt tisforza s-serrieq meta jkun
iġġammjat. Tisfurzax is-serrieq fil-qatgħa. Katina li ilha ma
tkun issinnata hi perikoluża u ser toħloq strapazz eċċessiv
lill-aċċessorji li jaqtgħu. Mod tajjeb biex tkun taf meta
katina tkun spiċċat hu meta joħroġ trab irqiq fin minflok
ċipep.
Tul ta' injam ippreparat mitluq fl-art ikun suġġett għal
tensjoni u kompressjoni skont fejn ikun l-appoġġ prinċipali.
Meta l-injam ippreparat ikun appoġġjat mit-trufijiet
tiegħu, in-naħa tal-kompressjoni tkun fil-quċċata u n-naħa
tat-tensjoni tkun fil-qiegħ.
Biex taqta' dawn il-punti t'appoġġ, l-ewwel aqta' 'l isfel
bejn wieħed u ieħor 1/3 tad-dijametru tal-injam
ippreparat.
It-tieni qatgħa ssir 'il fuq u trid tmiss l-ewwel qatgħa.
Stress kbir
Meta l-injam ippreparat ikun appoġġjat f'tarf wieħed biss,
agħmel l-ewwel qatgħa 'l fuq bejn wieħed u ieħor 1/3 tad-
dijametru tal-injam ippreparat.
It-tieni qatgħa ssir 'l isfel u trid tmiss l-ewwel qatgħa.
Underbuck
Agħmel qatgħa angolata għax taqsima tista' tispiċċa
kontra l-oħra.
KAWTELA
NOTA
KAWTELA
Malti
11

MANUTENZJONI

Tħallix il-fluwids tal-brejkijiet, il-petrol, u l-materjali
bbażati fuq iż-żejt imissu l-partijiet tal-plastik. Sustanzi
kimiċi jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-plastik u mbagħad il-
plastik ma jkunx iktar tajjeb biex jintuża.
Tużax solventi jew deterġenti qawwija fuq il-qafas jew
komponenti tal-plastik. Solventi jew deterġenti qawwija
jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-qafas jew il-komponenti tal-
plastik.
Neħħi l-pakkett tal-batterija mill-magna qabel il-
manutenzjoni.
11.1
AĠĠUSTA T-TENSJONI TAL-
KATINA
Stampa 2-7.
Iktar ma tintuża l-katina, iktar titwal. Allura hu tassew
importanti li taġġusta l-katina b'mod regolari biex tneħħi l-
laxk.
Iġbed il-katina biex tissikka kemm jista' jkun imma ma tridx
tkun daqshekk issikkata li ma tkunx tista' tiġbidha liberament
bl-id.
Katina laxka tista' ttir u tikkawża korriment serju li jista'
jkun anki fatali.
Ilbes ingwanti protettivi jekk tmiss il-katina, stanga jew
erjas madwar il-katina.
1. Waqqaf il-magna.
2. Ħoll l-iskorfini tal-għatu tal-isprokit bi spanner.
M'hemmx bżonn tneħħi l-għatu tal-isprokit biex taġġusta t-
tensjoni tal-katina.
3. Dawwar l-aġġustatur tat-tensjoni tal-katina favur l-arloġġ
biex iżżid it-tensjoni tal-katina.
4. Dawwar l-aġġustatur tat-tensjoni tal-katina kontra l-
arloġġ biex tnaqqas it-tensjoni tal-katina.
5. Meta l-katina tkun fit-tensjoni mixtieqa, isssikka l-
iskorfini tal-għatu tal-isprokit.
6. Poġġi l-katina fin-nofs tal-istanga gwida fil-qiegħ 'il
bogħod mill-istanga. Il-vojt bejn il-gwida tal-katina u l-
istanga gwida għandu jkun bejn 3 mm u 4 mm.
328
TWISSIJA
TWISSIJA
TWISSIJA
TWISSIJA
KAWTELA
NOTA

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents