Servis; Twissijiet Tas-Sigurtà Tas-Serrieq Mekkaniku; Mt Evita Kickback Tal-Operatur - Echo DCS-310 Operator's Manual

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
Tesponix il-pakkett tal-batterija jew l-għodda għan-
nar jew għal temperaturi eċċessivi. L-esponiment għan-
nar jew temperaturi 'l fuq minn 130°C jista' jikkawża
splużjoni.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha tal-iċċarġjar u tiċċarġjax
il-pakkett tal-batterija jew l-għodda barra mill-firxa
ta' temperatura speċifikata fl-istruzzjonijiet. Iċċarġjar
mhux korrett jew f'temperaturi barra mill-firxa
speċifikata jistgħu jagħmlu ħsara lill-batterija u jżidu r-
riskju ta' nar.
2.6

SERVIS

Ara li l-għodda li taħdem bl-enerġija tiġi sservisjata
minn persuna li ssewwi kkwalifikata u li tuża biss
partijiet tal-bdil identiċi. Dan jiżgura li s-sikurezza tal-
għodda li taħdem bl-enerġija tibqa' mantenuta.
Qatt tagħmel service lil pakketti tal-batterija bil-
ħsara. Service ta' pakketti tal-batterija għandu jsir biss
mill-manifattur jew minn fornituri tas-servisjar
awtorizzati.
3
TWISSIJIET TAS-SIGURTÀ
TAS-SERRIEQ MEKKANIKU
Żomm il-partijiet kollha tal-ġisem 'il bogħod mill-
katina tas-serrieq meta s-serrieq mekkaniku jkun qed
jitħaddem. Qabel ma tibda tħaddem is-serrieq
mekkaniku, kun żgur li l-katina tas-serrieq ma jkollha
kuntatt ma' xejn. Nuqqas t'attenzjoni għal mument
wieħed biss waqt li tħaddem xi serrieq mekkaniku jista'
jikkawża li l-ilbies jew ġismek jitħabblu mal-katina tas-
serrieq.
Dejjem żomm is-serrieq mekkaniku b'idek il-leminija
fuq il-manku ta' wara u b'idek ix-xellugija fuq il-
manku ta' quddiem. Jekk iżżomm is-serrieq mekkaniku
b'konfigurazzjoni opposta tal-idejn, ikun hemm iktar
riskju ta' korriment personali u qatt m'għandu jsir hekk.
Żomm is-serrieq mekkaniku minn uċuħ tal-qabda
iżolati biss għax il-katina tas-serrieq tista' tiġi
f'kuntatt ma' wajers moħbija. Ktajjen tas-serrieq li
għandhom wajer 'live' jistgħu jikkaġunaw li l-partijiet
esposti tal-metall tas-serrieq mekkaniku jsiru 'live' u
jistgħu jagħtu xokk elettriku lill-operatur.
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Hu rakkomandat li
tilbes tagħmir protettiv addizzjonali għas-smigħ, ras,
idejn, saqajn u riġlejn. Tagħmir protettiv adegwat
inaqqas korriment personali minn tifrik li jtir jew kuntatt
aċċidentali mal-katina tas-serrieq.
Tħaddimx is-serrieq mekkaniku ġo siġra, minn fuq xi
sellum, minn fuq bejt jew minn xi appoġġ mhux
stabbli. Jekk tħaddem serrieq mekkaniku b'din il-
manjiera, jista' jkun hemm xi korriment personali serju.
Dejjem qis li saqajk ikunu fis-sod u uża s-serrieq
mekkaniku biss meta tkun fuq wiċċ livell, fiss u sigur.
Uċuħ li jiżolqu jew mhux stabbli jistgħu jikkawżaw telf ta'
bilanċ jew tal-kontroll tal-katina tas-serrieq.
Meta tqaċċat xi fergħa li tkun taħt tensjoni, oqgħod
attent għal xi spring back. Meta t-tensjoni fil-fibri tal-
Malti
injam tkun rilassata, l-ispring ta' ġol-fergħa tista' tolqot
lill-operatur u/jew twassal biex is-serrieq mekkaniku jitlef
il-kontroll.
Oqgħod attent immens meta taqta' pjanti u sġajriet.
Il-materjal irqiq u żgħir jista' jaqbad il-katina tas-serrieq
u jittajjar lejk jew itelliflek il-bilanċ.
Ġorr is-serrieq mekkaniku mill-manku ta' quddiem
bis-serrieq mekkaniku mitfi u 'l bogħod minn ġismek.
Meta tkun qed iġġorr jew taħżen is-serrieq
mekkaniku, dejjem iffittja l-għatu tal-istanga gwida.
It-tqandil kif suppost tas-serrieq mekkaniku ser inaqqas
iċ-ċans ta' kuntatt aċċidentali mal-katina tas-serrieq li
tkun qed tiċċaqlaq.
Segwi l-istruzzjonijiet tal-lubrikazzjoni, tat-tensjoni
tal-katina u tat-tibdil tal-istanga u tal-katina. Katina li
ma tkunx b'tensjoni tajba jew bla lubrikazzjoni jew tikser
jew iżżid iċ-ċans għal kickback.
Aqta' biss l-injam. Tużax is-serrieq mekkaniku għal
skopijiet mhux maħsuba. Pereżempju, tużax serrieq
mekkaniku biex taqta' metall, plastiks, ġebel jew
kwalunkwe materjal tal-bini li ma jkunx tal-injam. L-
użu ta' serrieq mekkaniku għal operazzjonijiet differenti
minn dawk li huma maħsuba jista' jikkawża sitwazzjoni
ta' periklu.
Tippruvax taqta' siġra sakemm tkun fhimt sew ir-
riskji u kif tevitahom. Tista' tikkaġuna korriment serju
lill-operatur jew lin-nies preżenti meta taqta' siġra.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha meta tneħħi materjal li
jkun weħel, meta taħżen jew meta tagħmel servis lis-
serrieq mekkaniku Kun żgur li l-iswiċċ ikun mitfi u li
l-pakkett tal-batterija jkun imneħħi. Attwazzjoni mhux
mistennija tas-serrieq mekkaniku waqt li tneħħi materjal
li jkun weħel jew waqt li tagħmel servis tista' twassal għal
korriment personali serju.
4
EVITA KICKBACK TAL-
OPERATUR
Jista' jkun hemm kickback meta l-imnieħer jew il-ponta tal-
istanga gwida tmiss xi oġġett jew meta l-injama tagħlaq u
toqros il-katina tas-serrieq fil-qatgħa.
Kuntatt mal-ponta f'ċerti każijiet jista' jikkaġuna reazzjoni
opposta f'daqqa billi jimbotta l-istanga gwida 'l fuq u lura
lejn l-operatur.
Meta toqros il-katina tas-serrieq fil-quċċata tal-istanga gwida
tista' malajr timbotta l-istanga gwida lejn l-operatur.
Kull waħda minn dawn ir-reazzjonijiet tista' tikkawżak li
titlef il-kontroll tas-serrieq u dan jista' jwassal għal korriment
serju personali. Tistrieħx esklużivament fuq it-tagħmir ta'
sigurtà inkorporat ġos-serrieq. Bħala utent ta' serrieq
mekkaniku, hemm bosta passi li għandek tieħu biex iżżomm
il-kompiti ta' qtugħ tiegħek mingħajr inċident jew korriment.
Kickback hu r-riżultat ta' użu ħażin tal-għodda u/jew
proċeduri jew kundizzjonijiet t'operazzjoni mhux korretti u
dawn jistgħu jkunu evitati billi tieħu l-prekawzjonijiet li
ġejjin.
323
MT

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents