Sigurtà Personali; Użu U Ħsieb Tal-Għodda Tal-Elettriku; Użu U Kura Tal-Għodda Li Taħdem Bil-Batterija322 - Echo DCS-310 Operator's Manual

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
2.3
SIGURTÀ PERSONALI
Oqgħod b'seba' għajnejn, ara xi tkun qed tagħmel u
uża s-sens komun meta topera għodda tal-elettriku.
Tużax għodda tal-elettriku meta tkun għajjien jew
taħt l-influwenza ta' drogi, alkoħol jew medikazzjoni.
Mument ta' nuqqas t'attenzjoni waqt li tkun qed topera l-
għodda tal-elettriku jista' jwassal għal korriment serju
personali.
Uża tagħmir personali protettiv. Dejjem ilbes
protezzjoni għall-għajnejn. Tagħmir protettiv bħal
maskra kontra t-trab, żraben tas-sigurtà li ma jiżolqux,
kappell sod li jipproteġi r-ras jew protezzjoni għas-smigħ
użati tajjeb inaqqsu l-korrimenti personali.
Evita startjar mhux intenzjonat. Kun ċert li l-iswiċċ
ikun fil-pożizzjoni li tfisser li hu mitfi qabel ma
tqabbad is-sors tal-enerġija u/jew il-pakkett tal-
batterija u meta tiġbor jew iġġorr l-għodda. Jekk
iġġorr l-għodda tal-elettriku b'subgħajk fuq l-iswiċċ jew
jekk tenerġizza għodda tal-elettriku li jkollhom l-iswiċċ
mixgħul tkun qed tistieden aċċidenti.
Neħħi kull għodda li taġġusta jew spaner qabel ma
tixgħel l-għodda tal-elettriku. Spaner jew għodda li
MT
taġġusta li jitħallew imqabbdin ma' parti li ddur tal-
għodda tal-elettriku jistgħu jikkawżaw korriment
personali.
Tippruvax tilħaq iżżejjed. Żomm appoġġ xieraq u
bilanċ f'kull ħin. Dan jippermetti kontroll aħjar tal-
għodda li taħdem bl-enerġija f'sitwazzjonijiet mhux
mistennija.
Ilbes b'mod xieraq. Tilbisx ħwejjeġ laxki ħafna jew
ġojjellerija. Żomm xagħrek, l-ilbies u l-ingwanti lil
hinn minn partijiet li jiċċaqilqu. Ħwejjeġ laxki,
ġojjellerija jew xagħar twil jistgħu jinqabdu fil-partijiet li
jiċċaqilqu.
Jekk it-tagħmir huwa għall-konnessjoni tal-faċilitajiet
tal-estrazzjoni u tal-ġbir tat-trab, kun ċert li dawn
ikunu kkonnettjati u użati sew. L-użu ta' sistemi tal-
ġbir tat-trab jista' jnaqqas il-perikli marbuta mat-trab.
Tħallix il-familjarità miksuba mill-użu frekwenti ta'
għodda tagħmlek issir kompjaċenti u tinjora l-
prinċipji tas-sigurtà tal-għodda. Azzjoni traskurata
tista' tikkawża korriment sever f'ħakka t'għajn.
2.4
UŻU U ĦSIEB TAL-GĦODDA TAL-
ELETTRIKU
Tisfurzax l-għodda tal-elettriku. Uża l-għodda tal-
elettriku adattata għall-applikazzjoni tiegħek. L-
għodda tal-elettriku adattata ser tagħmel il-kompitu aħjar
u iktar sigur bir-rata li kienet maħsuba għaliha.
Tużax l-għodda tal-elettriku jekk l-iswiċċ ma
jixgħelhiex u jitfihiex. Għodda tal-elettriku li ma tistax
tiġi kkontrollata bl-iswiċċ hi perikoluża u trid tissewwa.
Skonnettja l-plagg mis-sors tal-enerġija u/jew neħħi l-
pakkett tal-batterija, jekk jinqala', mill-għodda tal-
elettriku qabel ma tagħmel aġġustamenti, tbiddel
aċċessorji jew taħżen l-għodda li taħdem bl-enerġija.
Malti
Miżuri preventivi tas-sigurtà bħal dawn inaqqsu r-riskju
li tixgħel l-għodda tal-elettriku aċċidentalment.
Aħżen l-għodda tal-elettriku li ma jkunux qed
jintużaw fejn ma jilħquhomx it-tfal u tħallix persuni li
ma jkunux familjari mal-għodda tal-elettriku jew ma'
dawn l-istruzzjonijiet joperaw l-għodda tal-elettriku.
Għodda tal-elettriku huma perikolużi f'idejn utenti mhux
imħarrġa.
Agħmel manutenzjoni ta' għodda tal-elettriku u
aċċessorji. Iċċekkja għal nuqqas ta' allinjament jew
irbit ta' partijiet li jiċċaqilqu, ksur ta' partijiet u kull
kundizzjoni oħra li tista' taffettwa l-operazzjoni tal-
għodda tal-elettriku. Jekk ikun hemm ħsara, ħu l-
għodda tal-elettriku għat-tiswija qabel ma tużaha.
Ħafna aċċidenti jiġru għax l-għodda tal-elettriku ma
tkunx saritilha manutenzjoni tajba.
Żomm l-għodda tal-qtugħ fi stat li taqta' sew u nadifa.
Għodda tal-qtugħ li ssirilhom manutenzjoni tajba bi
trufijiet ippuntati li jaqtgħu għandha inqas ċans li teħel u
hija iktar faċli li tikkontrollaha.
Uża l-għodda tal-elettriku, l-aċċessorji u l-partijiet
żgħar tal-għodda, eċċ. skont dawn l-istruzzjonijiet u
qis il-kundizzjonijiet ta' ħidma u x-xogħol li għandu
jsir. L-użu ta' għodda tal-elettriku għal operazzjonijiet
differenti minn dawk li huma maħsuba jista' jikkawża
sitwazzjoni ta' periklu.
Żomm il-mankijiet u wċuħ li jaqbdu xotti, nodfa u
ħielsa minn żejt u xaħam. Mankijiet li jiżolqu u wċuħ li
jaqbdu ma jħallux li jsir immaniġġjar b'mod sigur u
kontroll tal-għodda f'sitwazzjonijiet mhux mistennija.
2.5
UŻU U KURA TAL-GĦODDA LI
TAĦDEM BIL-BATTERIJA
Erġa' ċċarġja biss biċ-ċarġer speċifikat mill-
fabbrikant. Ċarġer li hu addattat għal tip wieħed ta'
pakkett tal-batterija jista' jikkawża riskju ta' nar meta
jintuża ma' pakkett tal-batterija ieħor.
Uża l-għodda tal-elettriku biss ma' pakketti tal-
batterija maħsuba speċifikament għaliha. L-użu ta'
kull pakkett tal-batterija ieħor jista' joħloq riskju ta'
korriment u nar.
Meta pakkett tal-batterija ma jkunx qed jintuża,
żommu 'l bogħod minn oġġetti oħra tal-metall bħal
paper clips, muniti, ċwievet, imsiemer, viti jew oġġetti
oħra żgħar tal-metall li jistgħu jiġu f'konnessjoni
minn terminal wieħed għall-ieħor. L-ixxortjar flimkien
tat-terminals tal-batterija jista' jikkawża ħruq jew nar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet abbużivi, jistgħu
jinbeżqu likwidi mill-batterija; għalhekk, evita l-
kuntatt. Jekk aċċidentalment isir kuntatt, laħlaħ bl-
ilma. Jekk il-likwidu jiġi f'kuntatt mal-għajnejn, fittex
ukoll parir mediku. Likwidu li jinbeżaq mill-batterija
jista' jikkawża irritazzjoni jew ħruq.
Tużax pakkett tal-batterija jew għodda li tkun bil-
ħsara jew immodifikata. Batteriji bil-ħsara jew
immodifikati jistgħu juru mġiba imprevedibbli li twassal
għal nar, splużjoni jew riskju ta' korriment.
322

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents