10 Tħaddim; Eżamina L-Lubrikazzjoni Tal-Katina; 10.2 Ixgħel Il-Magna; 10.3 Waqqaf Il-Magna - Echo DPPF-310 Operator's Manual

Power pruner
Table of Contents

Advertisement

10
TĦADDIM
Neħħi l-pakkett tal-batterija u qis li l-idejn jkunu 'l
bogħod mill-imblokk tal-iswiċċ tal-grillu meta ċċaqlaq
il-magna.
Eżamina t-tensjoni tal-katina tas-serrieq qabel kull
użu. Eżamina li l-iskorfini tal-għatu tal-isprokit jkunu
ssikkati kull darba qabel ma tuża. Ħafna aċċidenti
jiġru għax l-għodda tal-elettriku ma tkunx saritilha
manutenzjoni tajba.
10.1 EŻAMINA L-LUBRIKAZZJONI TAL-
KATINA.
Tużax il-magna mingħajr lubrikazzjoni tal-katina
suffiċjenti.
MT
Stampa 6.
1. Eżamina l-livell tal-lubrikant tal-magna mill-indikatur
taż-żejt.
2. Żid iktar lubrikant jekk ikun hemm bżonn.
10.2 IXGĦEL IL-MAGNA
Stampa 7.
1. Iġbed l-imblokk tal-iswiċċ tal-grillu.
2. Agħfas l-iswiċċ tal-grillu.

10.3 WAQQAF IL-MAGNA

Stampa 7.
1. Itlaq l-iswiċċ tal-grillu biex twaqqaf il-magna.
Jekk il-katina tas-serrieq ma tiqafx meta titlaq l-iswiċċ
tal-grillu, neħħi l-batterija biex twaqqaf il-provvista tal-
elettriku lill-magna. Qabbad lill-aġent awtorizzat tas-
servisjar tiegħek isewwi l-magna qabel ma terġa' tuża
l-magna.
11
TĦADDIM GĦAŻ-ŻBIR
Stampa 8.
NOTA
TWISSIJA
NOTA
NOTA
Malti
Il-kondutturi elettriċi u wajers tal-komunikazzjonijiet
kollha jista' jkollhom fluss ta' elettriku b'vultaġġi
għoljin. Dan it-tagħmir mhux iżolat għall-kurrenti
tad-dawl. Qatt tmiss il-wajers direttament jew
indirettament waqt iż-żbir, inkella tista' tikkawża
korriment serju jew mewt.
Iż-żona f'raġġ ta' 15 m mill-prodott hija żona ta'
periklu. Oqgħod attent li tosserva l-prekawzjonijiet
li ġejjin waqt li taħdem bil-prodott.
Tħallix lit-tfal u lil nies oħra jew annimali
domestiċi jidħlu fiż-żona ta' periklu.
Tibdiex u tħaddimx l-unità sakemm l-ilqugħ u l-
għata protettiva kollha jkunu mmuntati sew mal-
unità.
Il-partijiet li jiċċaqalqu jistgħu jaqtgħu
kompletament is-swaba' minn mal-ġisem jew
jikkawżaw korrimenti gravi. Żomm idejk, il-ħwejjeġ
u l-affarijiet mhux marbutin 'il bogħod minn kull
fetħa.
Dejjem itfi l-unità, neħħi l-batterija u kun żgur li
l-partijiet kollha li jiċċaqalqu jkunu waqfu għalkollox
qabel ma tneħħi l-ostruzzjonijiet, tnaddaf id-debris,
jew tagħmel servis lill-unità.
Żomm pożizzjoni soda
Żomm saqajk f'post sew u żomm il-bilanċ il-ħin
kollu. Toqgħodx bilwieqfa fuq uċuħ li jiżolqu, mhux
uniformi jew mhux stabbli. Taħdimx f'pożizzjonijiet
strambi jew fuq slielem. M'għandekx tilħaq aktar milli
hemm bżonn.
Ħaddem il-prodott biss mill-art jew minn bucket lift
approvat.
Dejjem evalwa l-friegħi li se jinżabru għal perikli
bħal friegħi mejta li mhumiex imqabbdin sew u li
jistgħu jaqgħu u jolqtu lill-operatur jew lil min ikun
qed jgħinu. Neħħi l-perikli qabel iż-żbir.
Ippjana l-passaġġ tal-irtirar jekk jaqgħu oġġetti.
Il-friegħi li jinqatgħu joqomsu meta jolqtu l-art.
Iċċekkja li l-irbit tal-ispalla jiġi aġġustat għal tħaddim
sikur u komdu.
Itfi l-prodott meta timxi minn siġra għal oħra.
Evita kull kuntatt mal-katina tas-serrieq. Jekk tonqos
milli tosserva dawn il-prekawzjonijiet dan jista'
jwassal għal korriment gravi.
Meta tittrasporta l-unità, itfi l-unità, neħħi l-batterija,
installa l-għatu tal-istanga gwida, poġġi l-unità
f'pożizzjoni wieqfa, u orbotha sew. Jekk tonqos milli
tagħmel dan, jistgħu jirriżultaw ħsara jew korriment.
Qatt tipprova tħaddem il-prodott b'id waħda.
Żura li ddawwar is-swaba' l-kbar tiegħek madwar
l-imqabad, u li dawn tiksihom bis-saba' l-kbir u s-
swaba' li jifdal.
330
PERIKLU
TWISSIJA

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents