Servis; Twissijiet Dwar Is-Sikurezza Tal-Apparat Taż-Żbir B'lasta; Kawżi U Prevenzjoni Mill- Operatur Tal-Kickback - Echo DPPF-310 Operator's Manual

Power pruner
Table of Contents

Advertisement

f'temperaturi barra mill-firxa speċifikata jistgħu
jagħmlu ħsara lill-batterija u jżidu r-riskju ta' nar.
2.6

SERVIS

Ara li l-għodda li taħdem bl-enerġija tiġi
sservisjata minn persuna li ssewwi kkwalifikata
u li tuża biss partijiet tal-bdil identiċi. Dan jiżgura
li s-sikurezza tal-għodda li taħdem bl-enerġija tibqa'
mantenuta.
Qatt tagħmel service lil pakketti tal-batterija bil-
ħsara. Service ta' pakketti tal-batterija għandu jsir
biss mill-manifattur jew minn fornituri tas-servisjar
awtorizzati.
3
TWISSIJIET DWAR IS-
SIKUREZZA TAL-APPARAT
TAŻ-ŻBIR B'LASTA
Żomm il-partijiet kollha tal-ġisem 'il bogħod mill-
katina tas-serrieq meta l-apparat taż-żbir b'lasta
jkun qed jitħaddem. Qabel ma tibda tħaddem
l-apparat taż-żbir b'lasta, kun żgur li l-katina
tas-serrieq ma jkollha kuntatt ma' xejn. Nuqqas
MT
t'attenzjoni għal mument wieħed biss waqt li
tħaddem l-apparat taż-żbir b'lasta jista' jikkawża li
l-ilbies jew ġismek jitħabblu mal-katina tas-serrieq.
Dejjem żomm l-apparat taż-żbir b'lasta b'idek
il-leminija fuq il-manku ta' wara u b'idek ix-
xellugija fuq il-manku ta' quddiem. Jekk iżżomm
il-apparat taż-żbir b'lasta b'konfigurazzjoni opposta
tal-idejn, ikun hemm iktar riskju ta' korriment
personali u qatt m'għandu jsir hekk.
Żomm l-apparat taż-żbir b'lasta minn uċuħ tal-
qabda iżolati biss għax il-katina tas-serrieq tista'
tiġi f'kuntatt ma' wajers moħbija. Ktajjen tas-
serrieq li għandhom wajer 'live' jistgħu jikkaġunaw
li l-partijiet esposti tal-metall tal-apparat taż-żbir
b'lasta jsiru 'live' u jistgħu jagħtu xokk elettriku lill-
operatur.
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Hu rakkomandat
li tilbes tagħmir protettiv addizzjonali għas-
smigħ, ras, idejn, saqajn u riġlejn. Tagħmir
protettiv adegwat inaqqas korriment personali minn
tifrik li jtir jew kuntatt aċċidentali mal-katina tas-
serrieq.
Tħaddimx l-apparat taż-żbir b'lasta ġo siġra,
minn fuq xi sellum, minn fuq bejt jew minn xi
appoġġ mhux stabbli. Jekk tħaddem l-apparat taż-
żbir b'lasta b'din il-manjiera, jista' jkun hemm xi
korriment personali serju.
Dejjem qis li saqajk ikunu fis-sod u uża l-apparat
taż-żbir b'lasta biss meta tkun fuq wiċċ livell,
fiss u sigur. Uċuħ li jiżolqu jew mhux stabbli jistgħu
jikkawżaw telf ta' bilanċ jew tal-kontroll tal-apparat
taż żbir b'lasta tas-serrieq.
Meta tqaċċat xi fergħa li tkun taħt tensjoni,
oqgħod attent għal xi spring back. Meta t-tensjoni
fil-fibri tal-injam tintreħa, il-lasta bil-molla tista' tolqot
Malti
lill-operatur u/jew twassal biex l-apparat taż-żbir
b'lasta jitlef il-kontroll.
Oqgħod attent immens meta taqta' pjanti u
sġajriet. Il-materjal irqiq u żgħir jista' jaqbad il-katina
tas-serrieq u jittajjar lejk jew itelliflek il-bilanċ.
Ġorr l-apparat taż-żbir b'lasta mill-manku ta'
quddiem bl-apparat taż-żbir b'lasta mitfi u 'l
bogħod minn ġismek. Meta tkun qed iġġorr jew
taħżen l-apparat taż-żbir b'lasta, dejjem iffittja
l-għatu tal-istanga gwida. It-tqandil kif suppost
tal-apparat taż-żbir b'lasta ser inaqqas iċ-ċans ta'
kuntatt aċċidentali mal-katina tas-serrieq li tkun qed
tiċċaqlaq.
Segwi l-istruzzjonijiet tal-lubrikazzjoni, tat-
tensjoni tal-katina u tat-tibdil tal-istanga u tal-
katina. Katina li ma tkunx b'tensjoni tajba jew
bla lubrikazzjoni jew tikser jew iżżid iċ-ċans għal
kickback.
Aqta' biss l-injam. Tużax l-apparat taż-
żbir b'lasta għal skopijiet mhux maħsuba.
Pereżempju: tużax l-apparat taż-żbir b'lasta biex
taqta' metall, plastik, ġebel jew kwalunkwe
materjal tal-bini li ma jkunx tal-injam. L-użu tal-
apparat taż-żbir b'lasta għal operazzjonijiet differenti
minn dawk li huma intenzjonati jista' jikkawża
sitwazzjoni ta' periklu.
Tippruvax taqta' siġra sakemm tkun fhimt sew
ir-riskji u kif tevitahom. Tista' tikkaġuna korriment
serju lill-operatur jew lin-nies preżenti meta taqta'
siġra.
Dan l-apparat taż-żbir b'lasta mhuwiex
intenzjonat għall-qtugħ tas-siġar. L-użu tal-
apparat taż-żbir b'lasta għal operazzjonijiet differenti
minn dawk li huma intenzjonati jista' jikkawża
korriment serju lill-operatur jew lil persuni fil-qrib.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha meta tneħħi
materjal li jkun weħel, meta taħżen jew meta
tagħmel servis lill-apparat taż-żbir b'lasta.
Kun żgur li l-iswiċċ ikun mitfi u li l-pakkett
tal-batterija jkun imneħħi. Attwazzjoni mhux
mistennija tal-apparat taż-żbir b'lasta waqt li tneħħi
materjal li jkun weħel jew waqt li tagħmel servis tista'
twassal għal korriment personali serju.
4
KAWŻI U PREVENZJONI MILL-
OPERATUR TAL-KICKBACK:
Jista' jkun hemm kickback meta l-imnieħer jew il-ponta
tal-istanga gwida tmiss xi oġġett jew meta l-injama
tagħlaq u toqros il-katina tas-serrieq fil-qatgħa.
Kuntatt mal-ponta f'ċerti każijiet jista' jikkaġuna
reazzjoni opposta f'daqqa billi jimbotta l-istanga gwida 'l
fuq u lura lejn l-operatur.
Meta toqros il-katina tas-serrieq fil-quċċata tal-istanga
gwida tista' malajr timbotta l-istanga gwida lejn l-
operatur.
Kull waħda minn dawn ir-reazzjonijiet tista' tikkawżak
li titlef il-kontroll tas-serrieq u dan jista' jwassal għal
326

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents