Kyocera TJEP 5702551001479 Safety And Operation Instructions page 103

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 157
• Tisfurzax il-coil nailer. Uża l-għodda x-xierqa għall-
applikazzjoni tiegħek minħabba li tagħmel ix-xogħol
aħjar u b'mod aktar sikur bir-rata li għaliha ġiet
iddisinjata.
• M'għandekx tħaddem l-għodda sakemm din ma tkunx
imqiegħda b'mod sod kontra l-biċċa tax-xogħol. Jekk
din ma tkunx f'kuntatt mal-biċċa tax-xogħol, il-musmar
jista' jiġi ddevjat 'il bogħod mill-mira tiegħek.
• M'għandekx tgħaddi l-coil nailer fuq materjal li jkun
iebes wisq jew artab wisq. Il-musmar jista' jtir minn
fuq materjal iebes u jweġġa' lin-nies, materjal artab
jista' jiġi ppenetrat faċilment u jippermetti li l-musmar
jittajjar liberament.
• M'għandekx iddaħħal imsiemer f'imsiemer oħrajn.
• Oqgħod iżjed attent meta ddaħħal imsiemer f'ħitan
eżistenti jew f'partijiet oħrajn li ma jidhrux biex tevita
kuntatt ma' oġġetti moħbija jew persuni fuq in-naħa
l-oħra (eż., wajers, pajpijiet, kejbils tad-dawl.)
• Wara li ddaħħal musmar, l-għodda tista' terġa lura
(tagħmel "recoil") u b'hekk tersaq 'il bogħod mill-bank
tax-xogħol. Biex tnaqqas ir-riskju ta' korriment dejjem
immaniġġja r-recoil billi:
· dejjem iżżomm il-kontroll tal-għodda u tkun lest
biex tirribatti l-movimenti normali jew f'daqqa bħar-
recoil.
· tħalli r-recoil tmexxi l-għodda 'l bogħod mill-bank
tax-xogħol.
· ma tirreżistix ir-recoil sabiex l-għodda tkun
imġiegħla terġa' lura fil-bank tax-xogħol.
· iżżomm il-wiċċ u l-partijiet tal-ġisem 'il bogħod
mill-għodda.
• Meta taħdem qrib ix-xifer ta' biċċa tax-xogħol jew
f'angoli weqfin ħafna, ogħqod attent li timminimizza
l-qsim, il-qsim min-nofs, it-tifrik jew li l-imsiemer itiru
jew itiru minn fuq wiċċ, u b'hekk jikkawżaw korriment.
• Tużax dan il-coil nailer biex tissikka kejbils tad-dawl.
Mhuwiex iddisinjat għall-installazzjoni ta' kejbil tad-
dawl u jista' jagħmel ħsara lill-insulazzjoni ta' wajers
tad-dawl u b'hekk jikkawża xokk elettriku jew perikli ta'
nirien. Barra minn hekk, l-għodda mhijiex insulata milli
tiġi f'kuntatt mal-enerġija elettrika.
• Tużax l-għodda biex twettaq xogħol ieħor barra
l-funzjoni li tkun imfassla għaliha. B'mod speċjali,
tużahiex bħala martell. L-impatt fuq l-għodda se jżid
ir-riskju ta' għodda mkissra u r-rilaxx aċċidentali ta'
msiemer.
• Tużax l-għodda jekk it-tikketta(i) ta' twissija ta'
sikurezza jkunu neqsin jew bil-ħsara.
• Tneħħix, tbagħbasx, jew inkella twassalx sabiex
il-kontrolli operattivi tal-għodda jsiru inoperabbli.
Tħaddimx l-għodda jekk xi parti tal-kontrolli li jħaddmu
l-għodda ma tkunx tista' titħaddem, tiġi skonnettjata,
mibdula, jew ma taħdimx kif suppost.
• Il-coil nailer m'għandux jiġi modifikat sakemm ma
jkunx awtorizzat fil-manwal jew approvat bil-miktub
minn Kyocera Unimerco Fastening. In-nuqqas ta'
konformità jista' jwassal għal sitwazzjonijiet perikolużi
jew korrimenti.
• Żomm idejk u ġismek 'il bogħod miż-żona tar-
rilaxx tal-imsiemer (B) tal-għodda.
• Uża biss imsiemer indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi
mogħtija flimkien ma' dan il-manwal.
• Oqgħod attent meta timmaniġġja l-imsiemer, jista'
jkollhom truf u punti li jaqtgħu.
• Uża biss aċċessorji magħmula jew rakkomandati mill-
manifattur tal-għodda, jew aċċessorji li jagħmlu xogħol
ekwivalenti għal dawk rakkomandati minn Kyocera
Unimerco Fastening.
• Daħħal l-imsiemer wara li tqabbad il-kompressur
sabiex tipprevjeni sparar ta' msiemer mhux mistenni.
• Ogħqod attent/a meta tneħħi musmar li kkawża
mblokk. Il-mekkaniżmu jista' jkun taħt kompressjoni
u l-musmar jista' jintreħa b'saħħa waqt il-proċess tat-
tneħħija ta' kundizzjoni ta' mblukkar.
• Neħħi l-arja kkumpressata meta
· Mhijiex tintuża;
· Tagħmel kwalunkwe manutenzjoni jew tiswija;
· Tneħħija ta' mblukkar;
· Tgħolli, tbaxxi jew inkella tmexxi l-għodda għal
post ġdid;
· L-għodda hija barra mis-superviżjoni u l-kontroll
tal-operatur
· Tneħħija tal-imsiemer mill-magazzin.
• Arja kkumpressata tista' tikkawża korriment gravi.
• Dejjem agħlaq il-provvista tal-arja, u skonnettja
l-għodda mill-provvista tal-arja meta din ma tkunx qed
tintuża.
• Qatt ma għandek tipponta l-arja kkumpressata lejk jew
lejn xi ħadd ieħor.
• Dejjem uża l-plakka tal-arja tal-għodda (H) tajba
għall-ikkonnettjar tat-tubu. Il-pressjoni għandha
titneħħa mill-għodda meta l-ġonta tal-ikkonnettjar tkun
skonnettjata.
• Meta tkun qed tuża l-għodda, taqbiżx il-pressjoni tat-
tħaddim massima P
s max.
Malti
101

Advertisement

Table of Contents

Troubleshooting

loading

This manual is also suitable for:

Tjep 5702551001493Tjep bc 60

Table of Contents