Twissijiet Ġenerali - Kyocera TJEP 5702551001479 Safety And Operation Instructions

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 157
Twissijiet ġenerali
!
Twissijiet ġenerali tas-sikurezza
• TWISSIJA: Aqra t-twissijiet kollha u
l-istruzzjonijiet kollha. In-nuqqas ta' segwitu
tat-twissijiet u l-istruzzjonijiet jista' jirriżulta f'xokk
elettriku, nar, dannu serju u/jew mewt.
• Uża l-coil nailer u l-aċċessorji skont dawn
l-istruzzjonijiet, filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet tax-
xogħol u x-xogħol li għandu jsir. L-użu tal-għodda għal
operazzjonijiet differenti minn dawk maħsuba jista'
jirriżulta f'sitwazzjoni perikoluża.
• Ibqa' attent, ara sew dak li qed tagħmel u uża sens
komun meta tħaddem il-coil nailer. Tużax l-għodda
waqt li tkun għajjien/a jew taħt l-influwenza tad-drogi,
l-alkoħol jew medikazzjoni. Mument ta' nuqqas ta'
attenzjoni waqt li tħaddem l-għodda jista' jirriżulta
f'dannu personali jew fi ħsara fil-materjal serja.
• Ir-riskji fuq oħrajn għandhom jiġu vvalutati mill-operatur.
• Uża protezzjoni tal-għajnejn immarkata bis-CE
bil-protezzjoni quddiem u mal-ġenb kontra oġġetti
li jtiru meta tuża, tħaddem u ssewwi l-għodda.
• Uża protezzjoni tal-widnejn immarkata bis-CE
ħdejn jew fuq il-post tax-xogħol biex tevita l-ħsara
lis-smigħ. L-esponiment mhux protett għal livelli
għoljin ta' ħsejjes jistgħu jikkawżaw telf tas-smigħ
permanenti u diżabilitanti u problemi oħra bħal tinnitus
(żanżin, tisfir jew ħsejjes fil-widnejn). Kontrolli xierqa
biex jitnaqqas ir-riskju jistgħu jinkludu azzjonijiet bħal
materjali li jtaffu biex jevitaw li l-biċċiet tal-ħidma
jagħmlu l-ħsejjes.
• Huwa rakkomandat li tuża l-protezzjoni tar-ras
immarkata bis-CE fuq il-post tax-xogħol.
• Hija r-responsabbiltà tal-impjegatur li jġiegħel lill-
utenti tal-għodda u lill-persunal ieħor fil-viċin fil-post
tax-xogħol biex jilbsu tagħmir protettiv personali
bħall-protezzjoni tal-għajnejn, il-maskra tat-trab, iż-
żraben tas-sikurezza li ma jiżloqx, kappell iebes u/jew
protezzjoni tas-smigħ.
• Ilbes sew. Tilbisx ħwejjeġ jew ġojjellerija li jiġuk kbar.
Żomm xagħrek, il-ħwejjeġ u l-ingwanti tiegħek 'l bogħod
minn partijiet li jiċċaqalqu biex tevita danni serji. Ilbes
biss ingwanti li jiġuk sew u li jippermettu kontroll sikur
tal-grillu u kwalunkwe apparat ta' aġġustament. Ilbes
ħwejjeġ li jsaħħnu meta taħdem f'kundizzjonijiet kesħin,
biex iżżomm idejk sħan u niexfin.
• Tippruvax tilħaq affarijiet mill-bogħod. Żomm saqajk
sodi u żomm il-bilanċ f'kull ħin. Dan jippermetti kontroll
aħjar tal-coil nailer f'sitwazzjonijiet mhux mistennija.
100
• Evita sparar mhux intenzjonat. Iġġorx l-għodda meta
jkollok subgħajk fuq il-grillu. Żomm subgħajk 'il bogħod
mill-grillu meta ma tkunx qed tħaddem l-għodda u meta
timxi minn pożizzjoni ta' tħaddim għal oħra.
• Irrispetta l-coil nailer bħala tagħmir tax-xogħol.
• Tkunx traskurat bl-għodda.
• Neħħi kwalunkwe għodod użati għall-manutenzjoni
jew tiswija qabel ma tuża l-coil nailer. Għodod li
jitħallew imwaħħla ma' parti li tiċċaqlaq tal-coil nailer
jistgħu jirriżultaw f'korriment personali.
• Żomm l-għodda b'attenzjoni, għax tista' tiksaħ, u dan
jaffettwa l-qabda u l-kontroll.
• Qatt ma għandek tuża l-għodda fil-preżenza ta' trab,
gassijiet jew dħaħen fjammabbli. L-għodda tista'
tipproduċi xrara li tista' tqabbad il-gassijiet u tikkawża
nirien u ġġiegħel il-coil nailer jisplodi.
• Żomm il-post tax-xogħol nadif u mixgħul sew.
F'postijiet bl-imbarazz u mudlama jista' jseħħu
inċidenti.
• Tużax l-għodda jekk ma tkunx f'kundizzjoni ta'
tħaddim tajba.
• Spezzjona l-coil nailer qabel taħdem biex tiddetermina
li hija f'kundizzjoni ta' tħaddim tajba. Iċċekkja għal
allinjament ħażin, twaħħil tal-partijiet li jiċċaqalqu u
għal kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista' taffettwa
l-operazzjoni. Tħaddimx l-għodda jekk xi waħda mill-
kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq isseħħ minħabba
li tista' tikkawża l-ħsara.
• Meta tħalli l-coil nailer fil-pożizzjoni ta' waqfien, uża
ċ-ċinturin/raftering hook (G) jew poġġih dritt fuq
il-magazzin jew laġenbha. Tħallihiex tistrieħ bil-ponta
ta' quddiem (B) tipponta lejn l-operatur jew xi ħadd
fil-qrib.
• Persuni mħarrġa teknikament biss, li qraw u fehmu
l-istruzzjonijiet ta' operazzjoni/sikurezza għandhom
iħaddmu l-għodda.
• Żomm lit-tfal u lill-persuni ta' madwarek 'il bogħod
waqt li tħaddem l-għodda. Id-distrazzjonijiet jistgħu
jwassluk sabiex titlef il-kontroll.
• Dejjem assumi li l-coil nailer fih l-imsiemer.
L-immaniġġjar traskurat tal-għodda jista' jwassal għal
sparar mhux mistenni ta' msiemer u għal korriment
personali.
• Tippuntax l-għodda lejk stess jew lejn xi ħadd
fil-qrib kemm jekk fiha l-imsiemer kif ukoll jekk le.
L-attwazzjoni bla ħsieb se tirrilaxxa l-imsiemer u dan
jista' jkkawża korriment.

Advertisement

Table of Contents

Troubleshooting

loading

This manual is also suitable for:

Tjep 5702551001493Tjep bc 60

Table of Contents