Weinmann & Schanz Bellavista 90 847 89 User Instruction Manual page 242

Electric towel warmer
Table of Contents

Advertisement

8. gARANZijA
Inti rakkomandat biex iżżomm il-partijiet kollha
tal-imballaġġ f'każ li l-apparat jeħtieġ li jiġi
ritornat lura lill-aġent. L-apparat irid jasal sħiħ
u mingħajr ħsara sabiex tinżamm il-validità tal-
garanzija.
Il-manifattur jiggarantixxi lil klijenti d-drittijiet kollha
speċifikati fid-Direttiva Ewropea 1999/44/KE u d-drittijiet
tal-konsumatur rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Il-garanzija
speċifikament
konformitajiet u d-difetti ta' produzzjoni preżenti fil-
mument tal-bejgħ jew li jsiru evidenti fi żmien sentejn
mid-data tax-xiri u tagħti lill-klijent id-dritt għal tiswija
mingħajr ħlas tal-prodott difettuż jew tibdil jekk it-tiswija
tkun impossibbli.
Id-drittijiet t'hawn fuq jiġu invalidati fil-każijiet li ġejjin:
- difetti kkaġunati b'użi għajr dawk speċifikati fl-
istruzzjonijiet, li huma parti integrali tal-kuntratt
tal-bejgħ. ;
- difetti kkaġunati bi ksur aċċidentali, traskuraġni jew
tbagħbis.
Interventi waqt l-installazzjoni, tqabbid mal-mejns tad-dar
u manutenzjoni deskritti f'dawn l-istruzzjonijiet mhumiex
koperti bil-garanzija.
Il-Manifattur ma jaċċetta l-ebda responsabilità għal ħsarat
jew ġrieħi kkaġunati direttament jew indirettament
fuq persuni, oġġetti jew pets bħala riżultat tan-nuqqas
tal-applikazzjoni ta' dawn l-istruzzjonijiet, b'referenza
partikolari għal twissijiet rigward l-installazzjoni, l-istart-up
u l-użu tal-prodott.
Sabiex jiġu kklejmjati d-drittijiet t'hawn fuq, il-Klijent
għandu jikkuntattja lil aġent tiegħu/tagħha u jippreżenta
prova valida tax-xiri mill-bejjiegħ, kompluta bid-data tax-
xirja.
koNNessjoNi elettRkA bil-PlAgg
AqRA b'AtteNZjoNi
Qabel tipplaggja ġos-sokit tal-mejns, aċċċerta ruħek li
l-vultaġġ fil-provvista tad-dawl tal-mejns tiegħek taqbel
mal-valur V rapportata fuq il-pjanċa ta' klassifikazzjoni
tal-apparat u li s-sokit u l-linja ta' enerġija huma xierqa
għat-tagħbija meħtieġa (rapportati wkoll fuq il-pjanċa ta'
klassifikazzjoni).
MT
Kun żgur li l-linja tad-dawl tiġi mgħammra bi swiċċ li
jiskonnettja li jippermetti l-apparat biex jiġi skonnettjat
kompletament minn mal-mejns tad-dar b'mod konformi
mar-regoli fis-seħħ.
tkopri
n-nuqqas
ta'
240
9. Rimi
Aċċerta ruħek li l-kejbil tad-dawl ġie skonnettjat
minn mal-linja tad-dawl qabel jitwettaq xi intervent.
Sabiex tneħħi l-apparat, segwi l-istruzzjonijiet għat-
twaħħil mal-ħajt b'lura (Paġ. 257).
Ir-rimi ta' dan l-apparat u l-fluwidu li hemm fl-apparat
għandu jsir b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ
għar-rimi ta' żejt u l-ġestjoni ta' skart.
Tagħrif importanti dwar ir-rimi korrett tal-
prodott b'mod konformi mad-Direttiva tal-
KE 2012/19/KE.
Fi tmiem il-ħajja tiegħu, il-prodott m'għandux jintrema
bħala skart urban.
Għandu jittieħed f'ċentru tal-ġbir tal-iskart ta' awtorità
lokali speċjali jew għand il-kummerċjant li jipprovdi dan
is-servizz.
Dan l-apparat jikkonforma mad-Direttivi
Ewropej:
2014/30/UE dwar kompatibilità
elettromanjetika
2014/35/UE dwar vultaġġ baxx
2011/65/UE dwar l-użu ristrett ta' ċertu
sustanzi dannużi
2009/125/KE dwar disinn ekokompatibbli
Il-linja tad-dawl għandha tkun mgħammra b'tal-anqas
RCD ta' 30 mA (tagħmir protettiv ta' sensittività għolja għal
kurrent residwali).
Ir-referenzi kollha dwar il-modulu tal-"Wajer Pilota" u
wajering relatat preżenti fil-manwal tal-istruzzjonijiet
għandhom jiġu injorati, peress li l-modulu ta' tħaddim
mhux disponibbli fuq dan il-prodott.

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Bellavista 90 847 90Bellavista 90 847 91

Table of Contents