Tradotti Mill-Istruzzjonijiet Oriġinali 1. Kamp T'applikazzjoni; Prekawzjonijiet Għas-Sigurtà Personali - MTD HT 51 E Manual

Hide thumbs Also See for HT 51 E:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 30
MANWAL GĦALL-ISTRUZZJONIJIET TAT-TRIMJATUR
1.Kamp t'applikazzjoni
It-trimjatur motorizzat ġie maħsub esklussivament
sabiex jaqta' s-sisien tal-ħaxix, buxis u arbuxelli.
Applikazzjonijiet oħra għat-trimjatur li mhumiex
indikati fil-manwal attwali m'għandhomx jiġu
attwati u jistgħu jagħmlu ħsara lit-trimjatur u
jwasslu għal ġrieħi fiżiċi serji.
2. Prekawzjonijiet għas-sigurtà
personali
Twissija!
Il-trimjatur jista' jikkaġuna ġrieħi fiżiċi
serji! Aqra l-manwal bir-reqqa u segwi
l-proċeduri ta' ħidma, il-ġestjoni,
il-manutenzjoni, l-istartjar u t-tifi tat-
trimjatur. Aqra u ifhem il-funzjonijiet
tal-kontrolli, is-swiċċis u l-proċeduri
korretti għall-użu. Aċċerta ruħek li
taf il-proċeduri għall-egħluq f'każ ta'
emerġenza. Użu ħażin tat-trimjatur
jista' jikkawża dannu u ġrieħi fiżiċi
serji. Żomm dan il-manwal f'post sigur
b'tali mod li jkun jista' jiġi faċilment
ikkonsultat jekk ikun meħtieġ. F'każ
li l-kejbil ikollu xi ħsara dan għandu
jinbidel b'korda speċjali jew muntaġġ
li huwa disponibbli għand il-manifattur
jew l-aġent tiegħu.
- Itfi l-forniment tal-enerġija u skonnettja l-plagg
minn mal-ħajt jekk ser tħalli t-trimjatur mhux
akkumpanjat, ser twettaq manutenzjoni jew ser
tnaddfu, tillubrifikah jew tisblokka x-xafra jew
tneħħi oġġetti li baqgħu mwaħħla max-xafra.
- Qabel ma tipprova tħaddem it-trimjatur, ivverifika
li t-tarka tas-sigurtà ġiet installata sew.
M'għandekx tiżmonta l-komponenti; m'għandekx
tuża t-trimjatur jekk ikun bil-ħsara jew jekk hemm
xi komponenti neqsin; m'għandek tagħmel l-ebda
modifika fi kwalunkwe mill-komponenti u bl-ebda
mod m'għandek tbabas il-komponenti oriġinali
tat-trimjatur.
- Il-ħidma f'ambjent fuq barra jeħtieġ l-użu ta'
circuit breaker. Qabbad it-trimjatur ma' swiċċ li
għandu ert fih.
- Uża biss kejbil li jestendi li ma jiġix affettwat
mit-tiċlis u li jagħmlu adattat f'ambjenti fuq barra
u li hu attestat għalhekk.
- Dawwar il-kejbil u qabbdu mal-irfid relattiv (6).
- Qabel ma tipprova tħaddem it-trimjatur, ivverifika
l-komponenti, l-korda t' estensjoni u l-plagg tad-dawl.
Jekk xi komponenti jinxteddu jew jiġrilhom il-ħsara,
ikkuntattja l-aġent sabiex isiru l-kontrolli relattivi u
fil-kas jagħmel it-tiswijiet jew skambji pertinenti.
- Jekk il-kejbil jew il-korda t'estensjoni jiġrilhom
il-ħsara jew jinqatgħu, neħħi mill-plagg
immedjatament.
- Żomm il-wajers 'il bogħod miż-żona ta' ħidma u
agħmel mod li dejjem ikunu wara l-operatur.
- Dejjem ilbes ilbies adattat, żraben kontra
ż-żlieq, ilbies issikkat li ma jistax jinqabad fih il-
wajer u barra minn hekk ma jfixkilx il-moviment.
Orbot ix-xagħar twil lura, jew ipproteġi billi tilbes
xibka tax-xagħar. M'għandekx tilbes brazzuletti
jew ġojjellerija li jistgħu jinqabdu mal-partijiet li
jiċċaqalqu.
- Dejjem ilbes nuċċali jew gogils ta' protezzjoni,
ingwanti tas-sigurtà u kuffji meta l-livell tal-ħoss
jeċċedi 85dB (A).
MT
157

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Ht 61 e

Table of Contents