Siemens SIMATIC Rack PCs Compact Operating Instructions page 93

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 10
2
Noti dwar is-softwer u s-sigurtà industrijali
Liċenzja tas-softwer
L-informazzjoni dwar il-liċenzja ta' Windows tinstab fuq it-tikketta COA imwaħħla mat-tagħmir. Jekk it-tagħmir jiġi kkunsinnat
b'softwer installat, osserva l-ftehimiet tal-liċenzja.
Nota
Windows 10 / Windows Embedded Standard 7: Osserva l-informazzjoni dwar il-filtri tal-kitba
Windows 10 għandu filtru tal-kitba konfigurabbli (unified write filter) u Windows Embedded Standard 7 għandu żewġ filtri
tal-kitba konfigurabbli (enhanced write filter u file-based write filter). Meta tattivahom u tużahom, osserva l-informazzjoni
rilevanti fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim sabiex tevita li jseħħ telf ta' data.
Kards tal-memorja flash
Jekk trid tuża kard tal-memorja flash mat-tagħmir, ikollok tifformattja l-kard tal-memorja flash fuq dan it-tagħmir. Kards tal-
memorja flash ifformattjati fuq tagħmir ieħor ma jibbutjawx minħabba f'parametri differenti tad-drajv.
Industrial Security
Siemens toffri prodotti u soluzzjonijiet b'funzjonijiet ta' sigurtà industrijali li jappoġġjaw it-tħaddim sigur ta' impjanti, sistemi,
magni u netwerks.
Biex l-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks jiġu protetti mit-theddid ċibernetiku, huwa meħtieġ li jiġi implimentat (u
jinżamm kontinwament) kunċett ta' sigurtà industrijali olistiku li jikkonforma mal-istat attwali tat-teknoloġija. Il-prodotti u s-
soluzzjonijiet ta' Siemens jiffurmaw parti minn kunċett bħal dan.
Il-klijenti huma responsabbli biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks
tagħhom. Dawn is-sistemi, il-magni u l-komponenti għandhom jiġu konnessi biss man-netwerk tal-kumpanija jew mal-
Internet jekk u sal-punt li dan ikun meħtieġ u dejjem jekk ikunu ttieħdu l-miżuri protettivi xierqa (eż. firewalls u/jew iżolament
tan-netwerk).
Aktar informazzjoni dwar il-miżuri protettivi li jistgħu jittieħdu fil-qasam tas-sigurtà industrijali tinsab hawnhekk
(https://www.siemens.com/industrialsecurity).
Il-prodotti u s-soluzzjonijiet Siemens jiġu żviluppati kontinwament biex isiru saħansitra aktar siguri. Siemens tirrakkomanda
espliċitament li tinstalla l-aġġornamenti tal-prodott malli jkunu disponibbli u li dejjem tuża l-aħħar verżjonijiet tal-prodott. L-
użu ta' verżjonijiet skaduti jew mhux appoġġjati jista' jżid ir-riskju ta' theddid ċibernetiku.
Biex dejjem tirċievi informazzjoni dwar l-aġġornamenti tal-prodott, irreġistra mas-Siemens Industrial Security RSS Feed
hawnhekk (https://www.siemens.com/cert).
Ċaħda ta' responsabbiltà għall-aġġornament ta' softwer ta' partijiet terzi
Dan il-prodott fih softwer ta' partijiet terzi. Siemens AG tassumi biss il-garanzija għal aġġornamenti/patches ta' softwer ta'
partijiet terzi jekk dawn ikunu tqassmu fi ħdan kuntratt ta' servizz ta' aġġornament tas-softwer ta' Siemens jew ikunu ġew
rilaxxati uffiċjalment minn Siemens AG. Inkella l-aġġornamenti/il-patches tkun qed tinstallahom taħt ir-responsabbiltà unika
tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar l-offerta tagħna tas-Software Update Service, żur il-paġna tal-Internet Software
Update Service (https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109759444).
Noti dwar il-protezzjoni tal-kontijiet tal-amministratur
L-utenti bi drittijiet ta' amministratur għandhom aċċess estensiv fuq is-sistema u għażliet biex jimmanipulawha.
Għalhekk, iżgura li l-kontijiet tal-amministratur huma protetti b'mod adegwat biex tipprevjeni bidliet mhux awtorizzati. Biex
tagħmel dan, oħloq passwords siguri u uża kont standard tal-utent għat-tħaddim regolari. Miżuri ulterjuri bħall-użu ta' linji
gwida għas-sigurtà għandhom jiġu applikati kif meħtieġ.
Aspetti ta' sigurtà tas-SIMATIC Industry PCs
Ara Industrial PC Security (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109475014)
Siemens AG
Digital Industries
Postfach 48 48
90026 NÜRNBERG
ĠERMANJA
SIMATIC Box PC, SIMATIC Panel PC u SIMATIC Rack PC
A5E52123775-AA, 11/2022

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Simatic box pcsSimatic panel pcs

Table of Contents