Siemens SIMATIC Rack PCs Compact Operating Instructions page 90

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 10
AVVIŻ
Riskju ta' nar u periklu minn xokk elettriku
L-iswiċċ biex tixgħel u titfi ma jiskonnettjax it-tagħmir mill-mejns tal-elettriku. Hemm riskju ta' xokk elettriku jekk it-tagħmir
jinfetaħ ħażin jew jekk ikun difettuż. Jekk it-tagħmir jew il-kejbils tal-konnessjoni għandhom il-ħsara, hemm ukoll ir-riskju ta'
nar.
Ipproteġi lilek innifsek u lit-tagħmir kif ġej:
Dejjem iġbed il-plagg tal-provvista tal-elettriku meta t-tagħmir ma jkunx qed jintuża jew jekk it-tagħmir ikun difettuż. Il-
plagg tal-provvista tal-elettriku m'għandux ikun ostakolat bl-ebda mod.
Qabbad it-tagħmir kif suppost ma' konduttur protettiv tal-ert.
Meta tinstalla t-tagħmir f'kabinett, uża swiċċ ċentrali għall-iskonnettjar mill-mejns.
PERIKLU
Vultaġġ perikoluż meta l-kabinett tal-kontroll ikun miftuħ
Jekk tiftaħ il-kabinett tal-kontroll, jista' jkun hemm vultaġġ perikoluż għall-ħajja f'ċerti żoni jew f'komponenti individwali,
possibbilment minħabba f'tagħmir ieħor.
Jekk jintmessu dawn iż-żoni jew il-komponenti hemm periklu ta' mewt jew korriment serju.
Il-kabinett tal-kontroll għandu jiġi de-enerġizzat qabel ma jinfetaħ.
Iżgura li l-provvista tal-elettriku tal-kabinett tal-kontroll ma tkunx tista' terġa' tinxtegħel bi żball.
Osserva r-regoli tas-sigurtà meta taħdem fuq sistemi elettriċi.
AVVIŻ
Periklu mekkaniku
Iżgura li t-tagħmir ma jkunx jista' jaqa' waqt l-assemblaġġ jew iż-żarmar.
Dan li ġej japplika għat-tagħmir integrat: L-ilqugħ protettiv jew il-kabinett li fih lit-tagħmir huwa integrat għandu jiżgura
protezzjoni kontra xokkijiet elettriċi u t-tixrid ta' nar. L-ilqugħ protettiv jew il-kabinett għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti
f'termini ta' saħħa mekkanika u klassi ta' protezzjoni għall-applikazzjoni rilevanti.
Uża tagħmir PRO b'sistema ta' driegħ ta' appoġġ jew sistema ta' pedestall li tkun xierqa għall-applikazzjoni tiegħek u li tilħaq
il-grad minimu ta' protezzjoni IP6x tat-tagħmir PRO. Is-sistema tad-driegħ ta' appoġġ jew is-sistema ta' pedestall u l-qafliet
assoċjati għandhom ikunu dimensjonati għall-piż totali tat-tagħmir u għall-forzi kollha li jaġixxu fuqu.
Osserva n-noti fid-dokumentazzjoni tal-kabinett tal-kontroll jew tas-sistema ta' driegħ ta' appoġġ/pedestall u fl-
istruzzjonijiet dwar it-tħaddim (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
PRUDENZA
Riskju ta' ħruq
Il-wiċċ ta' xi tagħmir jista' jilħaq temperatura ogħla minn 65 °C. Dan it-tagħmir għandu tikketta speċifika mwaħħla miegħu.
Kwalunkwe tbagħbis mingħajr protezzjoni jista' jikkawża ħruq.
Evita li tmiss it-tagħmir direttament waqt it-tħaddim.
Ilbes ingwanti protettivi xierqa qabel ma tmiss it-tagħmir.
Batterija normali u rikarikabbli
AVVIŻ
Riskju ta' splużjoni u riskju ta' rilaxx ta' kontaminanti
L-użu skorrett (eż.: it-tqabbid bil-kuntrarju, ħsara) tal-batteriji tal-litju jista' jikkawża splużjoni fil-batteriji.
L-isplużjoni tal-batteriji u l-kontaminanti li jiġu rilaxxati minnhom jistgħu joħolqu korriment serju. Il-batteriji mittiekla
jipperikolaw il-funzjoni tat-tagħmir.
Meta tuża jew tqandel batteriji tal-litju, osserva l-informazzjoni fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
SIMATIC Box PC, SIMATIC Panel PC u SIMATIC Rack PC
A5E52123775-AA, 11/2022
89

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Simatic box pcsSimatic panel pcs

Table of Contents