Manutenzjoni; Iċċekkja L-Manometru Darbtejn Fis-Sena; Iċċekkja L-Valv Tas-Sikurezza Darbtejn Fis-Sena; Iċċekkja L-Anodu Protettiv - Panasonic PAW-TD20B8E3-1 Technical Data Manual

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
PAW-TD20B8E3-1

Manutenzjoni

Iċċekkja l-manometru darbtejn fis-sena
Huwa importanti b'mod partikolari li tiċċekkja l-manometru wara installazzjoni ġdida. Il-manometru li juri l-pressjoni fis-sistema tar-radjatur għandu juri bejn
0.5 – 1.2 bar. Jekk meħtieġ, imla s-sistema bl-ilma sakemm il-manometru juri 1.0 bar. Jekk ma tħossokx ċert ikkuntattja lill-installatur tiegħek.
Iċċekkja l-valv tas-sikurezza darbtejn fis-sena
Ħaddem il-valv tas-sikurezza billi ddawwar ir-rota tiegħu kontra l-arloġġ sakemm jibda ħiereġ l-ilma mill-valv. Għandu jitwaħħal il-pajp ta' meta jfur biex iwassal
l-ilma lejn l-eqreb drejn tal-art. Ir-raġuni għal dan hija biex tiġi żgurata l-funzjoni tal-valv u li ma jeħilx. Il-varjazzjonijiet fit-temperatura fis-sistema jwasslu biex
l-ilma jespandi u dan jista' jwassal biex l-ilma jqattar mill-pajp ta' meta jfur. Dan huwa normali.
IMPORTANTI!
Il-pajp ta' meta jfur tal-valv tas-sikurezza qatt ma jista' jiġi mblokkat!
Tindif tal-filtru tal-partiċelli darbtejn fis-sena (mhux obbligatorju)
Meta t-tank ikun ġie installat, il-filtru tal-valv tal-ballun għandu jitnaddaf darba fil-ġimgħa għall-ewwel ġimagħtejn.
Wara dan, l-intervall huwa ta' darbtejn fis-sena.
1. Agħlaq is-sistema permezz tal-buttuna mixgħul/mitfi fuq il-pannell tal-kontroll. Imbagħad itfi l-fjus tal-kontroll.
2. Agħlaq il-valv billi ddawwar il-manku (a) 90° 'il fuq u ħoll l-għatu tal-issiġillar (b).
3. Neħħi ċ-ċirku tal-illokkjar (c) billi tuża tnalja apposta għaċ-ċrieki tal-illokkjar (e) u oħroġ 'il barra l-filtru
tal-valv tal-ballun (d). Naddfu bl-ilma.
4. Erġa' għaqqad kollox f'ordni inversa.
5. Iftaħ il-valv fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu (il-manku lejn il-ġenb).
6. Erġa' startja s-sistema billi ddawwar il-fjus tal-kontroll f'pożizzjoni mixgħula u mbagħad agħfas il-buttuna
mixgħul/mitfi fuq il-pannell tal-kontroll.
Iċċekkja l-anodu protettiv
1.
Agħlaq is-sistema permezz tal-buttuna mixgħul/mitfi fuq il-pannell tal-kontroll. Imbagħad itfi l-fjus tal-kontroll.
2.
Agħlaq l-ilma frisk li dieħel fit-tank (a).
3.
Iftaħ vit tal-ilma domestiku x'imkien fil-bini, biex tirrilaxxa l-pressjoni li jkun hemm fit-tank.
4.
Neħħi l-anodu (b) mill-pożizzjoni tiegħu (fil-flanġ ta' fuq) u agħmel spezzjoni viżwali tiegħu.
5.
Kejjel id-dijametru. Jekk id-dijametru tal-anodu huwa anqas minn 11-il mm għandu jiġi mibdul. L-anodu jista'
jiġi ordnat mingħand l-installatur.
6.
Immonta l-anodu lura fit-tank.
7.
Agħlaq il-vit tal-ilma domestiku.
8.
Iftaħ l-ilma frisk li dieħel fit-tank.
9.
Erġa' startja s-sistema billi ddawwar il-fjus tal-kontroll f'pożizzjoni mixgħula u mbagħad agħfas il-buttuna
mixgħul/mitfi fuq il-pannell tal-kontroll.
IMPORTANTI!
Ibdel l-anodu jekk id-dijametru huwa anqas minn 11-il mm. L-anodu jipproteġi t-tank minn sustanzi kimiċi aggressivi fl-ilma.
IMPORTANTI!
Jekk il-wajer tal-elettriku ssirlu ħsara, għandu jiġi mibdul mill-manifattur, mid-dipartiment ta' wara l-bejgħ tiegħu jew minn persunal kwalifikat,
sabiex jiġi evitat il-periklu.
-8-
a
b
d
c
e
a
b

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents