Komponenti; Trasport U Imballaġġ; Żona U Tqegħid Tat-Tank; Tisħin Ta' Qabel L-Installazzjoni U Ilma Sħun - Panasonic PAW-TD20B8E3-1 Technical Data Manual

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 1
PAW-TD20B8E3-1

Komponenti

Iżolament
PUR 50 mm.
Valv tri-direzzjonali
Blokki tat-terminal
għall-valv tri-direzzjonali,
pompa taċ-ċirkolazzjoni,
Sensur tal-Ħiter tal-elettriku
Kaxxa elettronika
Ħiter tal-elettriku 3000 W
Protezzjoni kontra
tisħin żejjed
Valv tad-drejn
Pompa taċ-ċirkolazzjoni
Wilo Yonos Pico 25/1-6 Klassi A
Ventilatur tal-arja
Valv tad-drejn
Trasport u imballaġġ
Oqgħod attent matul it-trasport tal-unità tat-tank.
-
L-unità tat-tank hija tqila ħafna. Tippruvax terfagħha waħdek!
-
Biex tevita li tweġġa' jdejk, ilbes l-ingwanti meta tmexxi t-tank jew tneħħi l-imballaġġ.
-
Oqgħod attent li ma tagħmilx ħsara lill-unità tat-tank meta tneħħi l-imballaġġ.
-
Biex tevita l-ħsara, battal it-tank installat qabel tmexxih.
Żona u tqegħid tat-tank
It-tank tal-pompa tas-sħana għandu jitqiegħed b'tali mod li jkun jista' jsirlu s-servis. Għandu jkun hemm spazju ta' 1200mm quddiem it-tank.
L-ispazju minimu fuq l-unità tat-tank m'għandux ikun inqas minn 600 mm biex jippermetti l-iċċekkjar tal-anodu protettiv.
-
L-ispazju tal-madwar għandu jkun xott, nadif, ħieles mill-fwar, żjut volatili, duħħan u gassijiet inkella l-kapaċità tista' tonqos b'mod konsiderevoli u ssir
ħsara fil-partijiet interni.
-
L-unità tat-tank għandha tiġi installata fuq wiċċ sod li jiflaħ il-piż tagħha.
-
L-ispazju għandu jkun ventilat biex jiġi evitat li l-midjum tat-tkessiħ jaqbeż il-livell tas-sikurezza fil-każ ta' tnixxija inkella jista' jkun hemm ipossija fl-ispazju.
-
L-ispazju għandu jkollu drejn fl-art.
-
L-unità tat-tank għandha tiġi installata skont l-istruzzjonijiet sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' ħsara relatata mat-terremoti, it-tifuni u l-maltempati.
-
L-aħjar li tinstalla l-unità tat-tank l-eqreb possibbli tal-pompa tas-sħana. Dan jillimita l-volum tal-fluwidu berried (it-tul tal-pajp).
Tisħin ta' qabel l-installazzjoni u Ilma Sħun
PARIRI UTLI
-
Kun ċert li għażilt pompa tas-sħana li tixraq għas-sistema eżistenti tat-tisħin u għat-tagħmir tal-enerġija. Il-prodott għandu jixraq ukoll għall-fluss
nominali tal-ilma, għall-għoli tal-irfigħ u għad-daqs tas-sistema.
-
Biex tevita li jinstaddu l-filtru tal-partiċelli u l-iskambjatur tas-sħana, is-sistema eżistenti tat-tisħin għandha titnaddaf sew qabel jitqabbdu l-pajpijiet
u jimtela t-tank bl-ilma.
-
Uża biss ilma nadif fit-tank. Jekk il-kwalità tal-ilma ma tkunx tajba t-tank tista' ssirlu ħsara. Hemm ukoll ir-riskju ta' korrużjoni u li jinstadd
l-iskambjatur tas-sħana jekk il-kwalità tal-ilma ma tinżammx.
-
Il-kwalità tal-ilma fis-sistema tat-tisħin m'għandhiex taqbeż dawn il-valuri: Kloru 100mg/l, Kalċju 100mg/l, Ħadid/Manganiż 0.5mg/l.
-
Installa l-unità idrika kemm jista' jkun qrib is-sistema tat-tisħin sabiex tillimita t-telf tal-pressjoni, eż. jekk is-sistema tat-tisħin ikollha volum kbir.
-
Uża protezzjoni mekkanika kontra t-tisħin żejjed għal sistemi tat-tisħin ta' taħt l-art sensittivi.
-4-
Glands għall-kejbils
Anodu

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents