Siemens SICHARGE D Product Information page 52

Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 6
Avviżi dwar is-sigurtà għat-trasport u l-assemblaġġ
Xokk elettriku bil-vultaġġ preżenti
Qabel ma tibda x-xogħlijiet tat-trasport u tal-assemblaġġ, iċċekkja li l-linja tal-provvista tkun mitfija u
protetta minn xegħil bi żball. Il-linji li għaddej minnhom il-vultaġġ jistgħu jikkawżaw korrimenti serji jew
mewt.
Krejnijiet u tagħmir ta' rfigħ
Jekk it-tagħmir ta' rfigħ jew il-krejnijiet ifallu, it-tagħbijiet sospiżi jistgħu jaqgħu. Toqgħodx fiż-żona ta'
periklu taħt jew ħdejn tagħbijiet sospiżi. Jekk taqa' xi Tagħbija, din tista' tikkawża korrimenti serji fir-ras jew
mewt. Ipproteġi ż-żona tal-assemblaġġ mill-aċċess ta' persuni mhux awtorizzati billi twaqqaf sinjali ta'
twissija u barrieri.
Trasport mhux kif suppost
It-tagħmir jista' jinqaleb jekk ma jiġix ittrasportat kif suppost Osserva fejn jinsab iċ-ċentru tal-gravità u orbot
it-tagħmir meta tittrasportah. Jekk jinqaleb it-tagħmir, jista jikkawża korrimenti serji jew mewt.
Xokk elettriku jekk tippenetra l-umdità
Qiegħed it-tagħmir f'post fejn ma jixxarrabx f'każ ta' għargħar. Meta taħdem fuq it-tagħmir, ipproteġi l-
partijiet kollha mill-umdità.
Periklu ta' tgħaffiġ u qtugħ
Waqt l-assemblaġġ, attenzjoni minn partijiet bi truf li jaqtgħu u boltijiet bil-kamin li jisporġu 'l barra.
Is-sistema ta' ġestjoni tal-kejbil bil-molla hija miġbuda kostantement.
Avviżi dwar is-sigurtà għall-installazzjoni elettrika
Vultaġġ perikoluż. Periklu ta' mewt jew korriment serju.
Ix-xogħol fuq l-installazzjoni elettrika jista' jitwettaq biss minn elettriċisti kkwalifikati jew minn persuni
mħarrġa fl-inġinerija elettrika taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni ta' elettriċista kwalifikat. Il-linja tal-provvista
trid tiġi skonnessa qabel jinbeda x-xogħol. Osserva l-5 regoli dwar is-sigurtà skont EN 50110-1 għal xogħol
fuq is-sistemi elettriċi.
Stenna 10 min qabel tiftaħ il-kabinett tal-kontrolli.
Il-kapaċitaturi installati jistgħu jikkawżaw vultaġġi perikolużi li jseħħu wara li l-provvista tal-enerġija tkun
intfiet u jwasslu għal xokk elettriku. Hemm ukoll riskju ta' ħruq ma' rejls tar-ram u kondutturi tar-ram
minħabba uċuħ sħan maġenb il-konvertitur. Għalhekk, wara li titfi l-provvista tal-enerġija, stenna 10 min
qabel tiftaħ il-kabinett tal-kontrolli sabiex il-kapaċitaturi jilħqu jiddissipaw il-kurrent u l-uċuħ jibirdu.
Tqabbid tal-kejbils kif suppost
Iċċekkja l-konnessjonijiet tal-kejbils kollha f'intervalli regolari. Jekk ikun hemm xi konnessjonijiet maħlula,
jista' jkun hemm vultaġġ perikoluż fl-ilqugħ protettiv jew inkella xi komponenti esposti, li kapaċi jikkawżaw
korrimenti serji jew saħansitra l-mewt. Issikka l-konnessjonijiet tal-kejbils bit-torque tal-issikkar speċifikat u
mbagħad immarka l-konnessjonijiet b'żebgħa apposta tal-qfil.
Avviżi dwar is-sigurtà għall-manutenzjoni u t-tindif
Xokk elettriku minn partijiet li għaddej minnhom il-vultaġġ
It-tagħmir fih partijiet li fihom għaddej il-vultaġġ waqt it-tħaddim. Jekk is-sistema ma tkunx ġiet
skonnettjata mill-provvista tal-enerġija qabel ma jitwettaq xi xogħol ta' manutenzjoni fuq ġewwa, hemm
periklu ta' mewt, korrimenti serji jew ħsara materjali. Skonnettja l-provvista tal-enerġija qabel ma twettaq
xogħol ta' manutenzjoni. Osserva l-5 regoli dwar is-sigurtà skont EN 50110-1 għal xogħol fuq is-sistemi
elettriċi.
Stenna 10 min qabel tiftaħ il-kabinett tal-kontrolli.
Il-kapaċitaturi installati jistgħu jikkawżaw vultaġġi perikolużi li jseħħu wara li l-provvista tal-enerġija tkun
intfiet u jwasslu għal xokk elettriku. Hemm ukoll riskju ta' ħruq ma' rejls tar-ram u kondutturi tar-ram
minħabba uċuħ sħan maġenb il-konvertitur. Għalhekk, wara li titfi l-provvista tal-enerġija, stenna 10 min
qabel tiftaħ il-kabinett tal-kontrolli sabiex il-kapaċitaturi jilħqu jiddissipaw il-kurrent u l-uċuħ jibirdu.
Xokk elettriku jekk tippenetra l-umdità
Tnaddaf qatt it-tagħmir b'magna tat-tindif bi pressa għolja, b'tagħmir ta' ġett tal-fwar jew b'ġett qawwi tal-
ilma, peress li l-umdità tista' tippenetra fit-tagħmir. L-umdità tista' toħloq vultaġġi perikolużi fl-ilqugħ
protettiv, li kapaċi jwasslu għal korrimenti serji jew saħansitra l-mewt.
Xokk elettriku minn ilma kkondensat
Wara li jitlestew il-manutenzjoni u t-tindif – iżda qabel l-ikkummissjonar – huwa neċessarju li elettriċista
kkwalifikat jiċċekkja jekk hemmx umdità fit-tagħmir. Anke ammonti żgħar ta' kondensazzjoni tal-ilma
għandhom jitneħħew qabel ma t-tagħmir jerġa' jintuża. Ħu miżuri xierqa għat-tnixxif.
Periklu ta' tgħaffiġ, tgħallieq u tgerbib mgħaġġel
Is-sistema ta' ġestjoni tal-kejbil tiġbed il-ħabel bil-forza tal-molla pre-tensjonata. Tkebbibx il-ħabel madwar
xi parti ta' ġismek u iżgura li ma tinqarasx. Jekk il-ħabel ikollu xi ħsara u jinqasam, l-irrumblar mgħaġġel u l-
ħabel imtajjar idur jistgħu jikkawżaw korrimenti.
Avviżi dwar is-sigurtà għall-assemblaġġ, l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni
52
A5E53378550-AA

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents