SonicWALL SOHO 250 Safety And Regulatory Information Manual page 29

Table of Contents

Advertisement

Informacinių technologijų įranga (ITE), įskaitant periferinius įrenginius, išplėtimo plokštes ir korteles,
spausdintuvus, įvesties (išvesties) (I / O) prietaisus, monitorius ir pan., kurie yra integruoti į sistemą ar prijungti
prie jos, turi atitikti kompiuterinės sistemos elektromagnetinės aplinkos klasifikaciją.
Pastaba apie ekranuotus signalų perdavimo laidus. Norėdami prie bet kokio „SonicWall® " prietaiso prijungti
išorinius įrenginius, naudokite tiktai ekranuotus laidus. Tai padės sumažinti radijo komunikacinių tarnybų
veiklos trikdžių tikimybę. Naudojami ekranuoti laidai užtikrina, kad jūs išlaikote skirtai aplinkai numatomą EMC
klasifikaciją. Jeigu pageidaujate, galite užsisakyti laidą iš „SonicWall® " internetu, adresu
https://www.sonicwall.com.
„SonicWall" nustatė, kad šis gaminys yra B klasės suderintas gaminys. Šiuose skyriuose pateikiama šaliai
specifinė EMS / EMI arba gaminio saugos informacija.
Kompatibilità elettromanjetika
Interferenza Elettromanjetika (EMI) hi kwalunkwe sinjal jew emissjoni, li tiġi rradjata fl-ispazju jew li tkun
kondotta matul wajers tad-dawl jew signal leads, li tipperikola l-operat tan-navigazzjoni bir-radju jew ta'
tagħmir ieħor tas-sigurtà, jew li tiddegrada serjament, tostakola, jew tinterrompi ripetutament servizz tal-
komunikazzjoni ta' radju liċenzjat. Is-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju jinkludu, iżda mhumiex limitati għal,
xandiriet kummerċjali AM/FM, televiżjoni, servizzi ċellulari, radar, kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, pager, u
Servizzi ta' Komunikazzjoni Personali (Personal Communication Services - PCS). Dawn is-servizzi liċenzjati tar-
radju, u servizzi mhux liċenzjati tar-radju, bħal WLAN jew Bluetooth, flimkien ma' tagħmir li jixħet ir-radjazzjoni
bħal tagħmir diġitali, li jinkludi sistemi tal-kompjuter, jikkontribwixxu għall-ambjent elettromanjetiku.
Kompatibilità Elettromanjetika (Electromagnetic Compatibility - EMC) hi l-kapaċità ta' oġġetti ta' tagħmir
elettroniku li jaħdmu flimkien b'mod korrett fl-ambjent elettroniku. Għalkemm din is-sistema tal-kompjuter
kienet iddisinjata u ddeterminata li hi konformi mal-limiti ta' l-aġenzija regolatorja għall-EMI, m'hemm l-ebda
garanzija li l-interferenza mhix ser isseħħ f'installazzjoni partikolari.
Il-prodotti SonicWall® huma ddisinjati, ittestjati, u kklassifikati għall-ambjent elettromanjetiku intenzjonat
tagħhom. Dawn il-klassifikazzjonijiet ta' ambjent elettromanjetiku ġeneralment jirreferu għad-definizzjonijiet
armonizzati li ġejjin:
• Prodotti ta' Klassi B huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti residenzjali/domestiċi iżda jistgħu jintużaw
ukoll f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi.
Nota:
L-ambjent residenzjali/domestiku hu ambjent fejn l-użu ta' radju tax-xandir u riċevituri tat-
televiżjoni jistgħu jkunu mistennija f'distanza ta' 10 m minn fejn jintuża dan il-prodott.
• Prodotti ta' Klassi A huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi. Il-
prodotti ta' Klassi A jistgħu jintużaw ukoll f'ambjenti residenzjali/domestiċi, iżda jistgħu jikkawżaw
interferenza u jeħtieġu li l-utent jieħu miżuri korrettivi adegwati.
Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza mas-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju, li jista' jiġi ddeterminat billi
tixgħel u titfi t-tagħmir, inti mħeġġeġ biex tipprova tikkoreġi l-interferenza billi twettaq waħda jew iktar minn
dawn il-miżuri li ġejjin:
• Poġġi l-kompjuter f'post ieħor fir-rigward tar-riċevitur.
• Poġġi l-kompjuter 'il bogħod mir-riċevitur.
• Ipplaggja l-kompjuter f'outlet differenti biex b'hekk il-kompjuter u r-riċevitur ikunu fuq branch circuits
differenti.
Jekk ikun meħtieġ, kellem lil rappreżentant tas-Sapport Tekniku ta' SonicWall jew lil tekniku tar-
radju/televiżjoni jew ta' l-EMC b'esperjenza, għal suġġerimenti addizzjonali.
Tagħmir tat-Teknoloġija ta' l-Informatika (Information Technology Equipment - ITE), li jinkludi tagħmir
periferali, cards ta' l-espansjoni, printers, tagħmir input/output (I/O), monitors, eċċ., li huma integrati fis-
sistema jew ikkonnettjati magħha, għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta' ambjent elettromanjetiku bħal
dak tas-sistema tal-kompjuter.
SonicWall SOHO 250
Safety and Regulatory Information
29

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

Apl41-0d6

Table of Contents