(Mt) Manwal Ta' Sikurezza-Ex Għal Ex-Time 40 - Pepperl+Fuchs ecom Ex-Time 40 Manual

Intrinsically safe wall clock
Hide thumbs Also See for ecom Ex-Time 40:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 3
(MT) Manwal ta' Sikurezza-Ex għal Ex-Time 40
1. Applikazzjoni
L-Ex-Time 40 huwa arloġġ ta' ġewwa għall-użu f'partijiet potenzjalment splussivi
ta' żoni 2 u 1 skont id-Direttiva 2014/34/UE (F'EX).
2. Struzzjonijiet dwar is-Sikurezza
Dan il-manwal ta' sikurezza Ex fih informazzjoni u regolamenti ta' sikurezza li
jridu jiġu osservati għall-iffunzjonar sikur taħt il-kundizzjonijiet deskritti. In-nuqqas
ta' osservanza ta' din l-informazzjoni u ta' dawn l-istruzzjonijiet jista' jkollu
konsegwenzi serji u jistgħu jwasslu għal vjolazzjoni tar-regolamenti.
Aqra l-manwal ta' sikurezza Ex b'attenzjoni qabel tuża t-tagħmir! F'każ ta' xi
dubju (fl-għamla ta' traduzzjoni jew erruri tal-istampar) il-verżjoni Germaniża
tapplika.
3. Difetti u ħsarat
Jekk hemm xi raġuni biex tissusspetta li s-sikurezza tal-apparat ġiet indebolita,
għandha tiġi rtirata mill-użu u mneħħija minnufih miż-żona-Eks.
Miżuri għandhom jittieħdu sabiex ikun evitat li jerġa jiġi startjat b'mod aċċidentali.
Aħna nirrakomandaw li l-apparat jiġi ritornat għand il-produttur għal spezzjoni.
Is-sikurezza tat-tagħmir tista' tiġi kompromessa jekk, pereżempju:
- hemm ħsara li tidher fl-alloġġ.
- l-apparat ġie suġġett għal tagħbijiet eċċessivi.
- l-apparat inħażen f'kundizzjonijiet mhux adattati.
- l-apparat saritlu ħsara waqt il-ġarr.
- marki jew skrizzjonijiet fuq l-apparat ma jistgħx jinqraw.
- Ikun hemm malfunzjonijiet.
- Valuri limitattivi permessi ġew maqbuża.
4. Regolamenti ta' sikurezza
L-użu ta' dan it-tagħmir jippreżumi li l-utent josserva r-regolamenti ta' sikurezza
konvenzjonali u li jkun qara ċ-ċertifikat sabiex jelimina tħaddim difettuż tat-tagħmir.
- Il-loġġ kompartamentali taċ-ċaqlieq u tal-batterija m'għandux jinfetaħ ġewwa
ż-żona Ex.
-Il-batteriji għandhom jiġu skambjati biss barra ż-żona-Ex.
- Batteriji addizzjonali m'għandhomx jinġarru fiż-żona-Ex.
- L-Ex-Time 40 għandu jitqabbad b'mod sikur ma' ħajt
- Għandu jiġi żgurat li l-arloġġ ma jaqax b'mod aċċidentali f'żona 0.
- L-arloġġ għandu jitnaddaf biss b'biċċa umda.
48

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents