Siemens SIMATIC S7-1500/ET 200MP Compact Operating Instructions page 78

Hide thumbs Also See for SIMATIC S7-1500/ET 200MP:
Table of Contents

Advertisement

Available languages
  • EN

Available languages

  • ENGLISH, page 8
AVVIż
Mhux permess li l-moduli jiġu konnessi jew skonnessi f'atmosferi potenzjalment splussivi.
Jekk tikkonnettja jew tiskonnettja xi modulu jew konnettur waqt it-tħaddim, hemm riskju li jinħoloq xi xrar. Ix-xrar jista'
jikkawża splużjoni fiż-żona potenzjalment splussiva, li tista' tirriżulta f'mewt jew korriment serju kif ukoll ħsara lill-proprjetà.
Ikkonnettja/skonnettja l-modulu jew il-konnettur biss jekk jintlaħaq wieħed miż-żewġ rekwiżiti li ġejjin: Iż-żona m'għadhiex
potenzjalment splussiva jew inkella mhux għaddej kurrent mit-tagħmir u l-konnessjonijiet tiegħu.
Tindif
Jekk għandek bżonn tnaddaf il-prodott, naddfu bi ċraret speċjali ESD niexfa (f'konformità mal-miżuri ta' protezzjoni tal-ESD).
Kundizzjoni: Il-vultaġġi kollha eżistenti tal-provvista tat-tagħmir huma mitfija. Osserva l-5 regoli tas-sigurtà għax-xogħol fis-
sistemi elettriċi u fuqhom.
Manutenzjoni u tiswijiet
Il-prodott m'għandux bżonn manutenzjoni. Il-prodott jista' jissewwa mill-manifattur biss.
Riċiklaġġ u rimi
Biex it-tagħmir antik tiegħek jintrema u jiġi rriċiklat b'mod li jirrispetta l-ambjent, ikkuntattja kumpanija ċertifikata li
tamministra l-iskart elettroniku mormi. Armi l-prodott skont ir-regolamenti li japplikaw f'pajjiżek.
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati tinsab fid-
(
https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384
Sigurtà funzjonali
AVVIż
Periklu għan-nies u l-ambjent
Sabiex jiġi evitat li jkun hemm periklu għan-nies u l-ambjent, m'għandek assolutament qatt taqbeż il-funzjonijiet ta' sigurtà
jew tieħu miżuri li flimkien jikkawżaw jew jirriżultaw f'qabża tal-funzjonijiet ta' sigurtà. Il-manifattur ma jassumix
responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali tbagħbis jew għal ħsara li tirriżulta minn nuqqas ta' osservazzjoni ta' din it-twissija.
Għal funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà, wettaq valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistema kollha, inklużi l-komponenti kollha rilevanti
għas-sigurtà.
Għal 'fail-safe I/O', osserva n-noti u t-twissijiet fid-
(
https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384
Konnessjoni/tqabbid ta' wajers
Konfigurazzjoni ta' parametri
Indikaturi tal-istatus u tal-iżbalji u allarmi
Manutenzjoni (iċċekkjar rikorrenti, aġġornament tas-softwer/firmwer)
Iċċekkjar għall-funzjonament xieraq
Technical specifications
78
dokumentazzjoni
)
dokumentazzjoni
)
, speċjalment għal:
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
A5E51692496-AC, 06/2023

Advertisement

Table of Contents
loading

Table of Contents