(MT) Manwal tas-Sikurezza Ex għal-Lite-Ex
1. Applikazzjoni
Il-Lite-Ex PL30e huwa torċ (skont id-direttiva 2014/34/UE, ATEX) għall-użu industrijali f'żoni
li jistgħu jisplodu kklassifikati bħala żona 0 u 20 (b'konformità ma' direttiva 1999/92/KE) u
s-Sistema IECEx
2. Struzzjonijiet dwar is-Sikurezza
Il-Manwal ta' Sikurezza Ex fih informazzjoni u regolamenti ta' sikurezza li għandhom
jiġu osservati bi skrupoliżità għat-tħaddim sikur fil-kundizzjonijiet deskritti. In-nuqqas ta'
osservanza ta' din l-informazzjoni u ta' dawn l-istruzzjonijiet jista' jkollu konsegwenzi serji u
jistgħu jwasslu għal vjolazzjoni tar-regolamenti.
Jekk jogħġbok aqra dan il-Manwal ta' Sikurezza Ex bir-reqqa qabel tibda tuża l-junit!
F'każ ta' xi dubju (fil-mod ta' traduzzjoni jew żbalji tal-istampar) il-lingwa Ingliża
tipprevali.
3. Difetti u ħsarat
Jekk hemm xi raġuni biex tissusspetta li s-sikurezza tal-apparat ġiet indebolita, għandha tiġi
rtirata mill-użu u mneħħija minnufih miż-żona-Eks.
Miżuri għandhom jittieħdu sabiex ikun evitat li jerġa jiġi startjat b'mod aċċidentali.
Aħna nirrakomandaw li l-apparat jiġi ritornat għand il-produttur għal spezzjoni.
Is-sikurezza tat-tagħmir tista' tiġi kompromessa jekk, pereżempju:
- hemm ħsara li tidher fl-alloġġ.
- l-apparat ġie suġġett għal tagħbijiet eċċessivi.
- l-apparat inħażen f'kundizzjonijiet mhux adattati.
- l-apparat saritlu ħsara waqt il-ġarr.
- marki jew skrizzjonijiet fuq l-apparat ma jistgħx jinqraw.
- Ikun hemm malfunzjonijiet.
- Valuri limitattivi permessi ġew maqbuża.
4. Regolamenti ta' sikurezza
L-użu tal-junit jipprevedi li l-utent josserva r-regolamenti ta' sikurezza konvenzjonali u li jkun
qara ċ-ċertifikat sabiex jiġi eliminat tħaddim żbaljat tal-junit.
Ir-regolamenti ta' sikurezza addizzjonali li ġejjin għandhom ukoll jiġu osservati:
- Batteriji addizzjonali jew żejda m'għandhomx jinġarru fiż-żona Ex
- Anelli tal-issiġillar u diski approvati biss huma permessi
- Aċċessorji approvati biss mill-manifattur għandhom jintużaw
- Evita li l-junit jiġi f'kuntatt ma' soluzzjonijiet aċidi jew alkalini aggressivi
- M'għandekx tiftaħ ġewwa ras it-torċ
- Il-ħażna tat-torċ hi projbita.
- Wara li jinbidlu l-batteriji jew l-anelli tal-issiġillar dejjem iċċekkja biex taċċerta li l-anelli tal-
issiġillar u l-kamini jkunu nodfa u f'kundizzjoni tajba.
- Qabel ma tuża l-lampa fiż-żona perikoluża Ex u sabiex jiġi żgurat li l-grad ta' IP, jekk
jogħġbok iċċekkja li l-partijiet kollha tal-junit huma ssikkati sew bl-id sal-waqfa – u
b'attenzjoni li ma jkunx issikkat iżżejjed.
34
PL 30e
®
Need help?
Do you have a question about the Lite-Ex PL 30e and is the answer not in the manual?