SonicWALL NSa 4700 Regulatory Manual page 45

Hide thumbs Also See for NSa 4700:
Table of Contents

Advertisement

Komunikazzjoni Personali (Personal Communication Services - PCS). Dawn is-servizzi liċenzjati tar-radju, u
servizzi mhux liċenzjati tar-radju, bħal WLAN jew Bluetooth, flimkien ma' tagħmir li jixħet ir-radjazzjoni bħal
tagħmir diġitali, li jinkludi sistemi tal-kompjuter, jikkontribwixxu għall-ambjent elettromanjetiku.
Kompatibilità Elettromanjetika (Electromagnetic Compatibility - EMC) hi l-kapaċità ta' oġġetti ta' tagħmir
elettroniku li jaħdmu flimkien b'mod korrett fl-ambjent elettroniku. Għalkemm din is-sistema tal-kompjuter kienet
iddisinjata u ddeterminata li hi konformi mal-limiti ta' l-aġenzija regolatorja għall-EMI, m'hemm l-ebda garanzija li
l-interferenza mhix ser isseħħ f'installazzjoni partikolari.
Il-prodotti SonicWall huma ddisinjati, ittestjati, u kklassifikati għall-ambjent elettromanjetiku intenzjonat tagħhom.
Dawn il-klassifikazzjonijiet ta' ambjent elettromanjetiku ġeneralment jirreferu għad-definizzjonijiet armonizzati li
ġejjin:
Prodotti ta' Klassi B huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti residenzjali/domestiċi iżda jistgħu jintużaw
l
ukoll f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi.
Nota:
L-ambjent residenzjali/domestiku hu ambjent fejn l-użu ta' radju tax-xandir u riċevituri tat-televiżjoni
jistgħu jkunu mistennija f'distanza ta' 10 m minn fejn jintuża dan il-prodott.
Prodotti ta' Klassi A huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi. Il-prodotti
l
ta' Klassi A jistgħu jintużaw ukoll f'ambjenti residenzjali/domestiċi, iżda jistgħu jikkawżaw interferenza u
jeħtieġu li l-utent jieħu miżuri korrettivi adegwati.
Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza mas-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju, li jista' jiġi ddeterminat billi
tixgħel u titfi t-tagħmir, inti mħeġġeġ biex tipprova tikkoreġi l-interferenza billi twettaq waħda jew iktar minn dawn
il-miżuri li ġejjin:
Dawwar l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
l
Poġġi l-kompjuter f'post ieħor fir-rigward tar-riċevitur.
l
Poġġi l-kompjuter 'il bogħod mir-riċevitur.
l
Ipplaggja l-kompjuter f'outlet differenti biex b'hekk il-kompjuter u r-riċevitur ikunu fuq branch circuits
l
differenti.
Jekk ikun meħtieġ, kellem lil rappreżentant tas-Sapport Tekniku ta' SonicWall jew lil tekniku tar-radju/televiżjoni
jew ta' l-EMC b'esperjenza, għal suġġerimenti addizzjonali.
Tagħmir tat-Teknoloġija ta' l-Informatika (Information Technology Equipment - ITE), li jinkludi tagħmir periferali,
cards ta' l-espansjoni, printers, tagħmir input/output (I/O), monitors, eċċ., li huma integrati fis-sistema jew
ikkonnettjati magħha, għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta' ambjent elettromanjetiku bħal dak tas-sistema
tal-kompjuter.
Avviż dwar Kejbils Protetti tas-Sinjal: Uża biss kejbils protetti biex tikkonnettja tagħmir periferali ma'
kwalunkwe tagħmir SonicWall biex tnaqqas il-possibbiltà ta' interferenza ma' servizzi tal-komunikazzjoni tar-
radju. Li tuża kejbils protetti jiżgura li inti żżomm il-klassifikazzjoni EMC li suppost għall-ambjent intenzjonat. Jekk
tippreferi, tista tordna kejbil mingħand SonicWall minn fuq l-Internet fuq https://www.sonicwall.com.
SonicWall iddeterminat li dan il-prodott hu prodott armonizzat ta' Klassi A. It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu tagħrif
dwar EMC/EMI li huma speċifiċi għal kull pajjiż, jew tagħrif dwar is-sigurtà tal-prodott.
NSa 4700 Regulatory Guide
Electromagnetic Compatibility Information
45

Advertisement

Table of Contents
loading

This manual is also suitable for:

1rk53-115

Table of Contents